Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE u l-industrija jingħaqdu flimkien favur l-innovazzjoni - 12/07/2013

Trakk fork lift li jaħdem bl-idroġenu © EU

Il-Kummissjoni se tippropni li €22 biljun jiġu investiti fir-riċerka u l-innovazzjoni għas-saħħa, it-trasport u l-ambjent fis-7 snin li ġejjin.

Il-finanzjament se jappoġġa partenarjati bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-pajjiżi tal-UE u l-industrija mill-2014 f'5 oqsma: il-mediċini innovattivi, l-ajrunawtika, l-industriji bbażati fuq il-bijoteknoloġija, iċ-ċelloli tal-fjuwil/idroġenu u l-elettronika. Partenarjat dwar il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru se jkompli taħt struttura differenti.

Dawn is-setturi jipprovdu xogħlijiet ta' kwalità tajba, jindirizzaw sfidi ewlenin li ma jistgħux jiġu solvuti minn pajjiżi jew kumpaniji individwali waħedhom, u huma ċ-ċavetta għall-kompetittività tal-Ewropa. Ir-riċerka hi f'terminu twil, fuq skala kbira u ta' spiss ta' riskju għoli.

Skont il-proposta, il-finanzjament mill-programm ta' riċerka tal-UE English li jmiss, Orizzont 2020, se jkun stimolat b'madwar €10 biljun mill-industrija u €4 biljun mill-gvernijiet nazzjonali.

Barra minn dan, il-finanzjament tal-UE se jappoġġa partenarjati pubbliċi-pubbliċi (il-Kummissjoni u l-pajjiżi tal-UE) biex jiġu indirizzati l-kura ta' mard relatat mal-faqar, it-teknoloġiji tal-kejl industrijali, l-għajnuna lill-kumpaniji żgħar tat-teknoloġija avvanzata, u għodod biex jgħinu lill-anzjani u lill-persuni b'diżabbiltà jgħixu bla sogru f'darhom stess.

Diġà hemm tliet partenarjati pubbliċ-privati, u s'issa kellhom riżultati impressjonanti:

  • trakk fork lift li jaħdem bl-idroġenu
  • tipi ġodda ta' karozzi tal-linja li jaħdmu bl-idroġenu
  • vetturi li jaħdmu bl-elettriku iktar effiċjenti
  • inġenji tal-ajru eħfef, li kapaċi jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 b'iktar minn 20%
  • skoperti dwar it-trattamenti tad-dijabete

Il-partenarjati jaħdmu billi jagħmlu sejħiet pubbliċi għal proposti ta' proġetti - li għalihom jirrispondu kumpaniji żgħar u kbar, universitajiet, organizzazzjonijiet jew entitajiet ta' riċerka. Il-proposti jiġu riveduti minn esperti pari qabel ma jintgħażlu għall-finanzjament.

Dan il-finanzjament se jiġi mill-baġit tal-UE għar-riċerka fl-2014-20 - il-programm Orizzont 2020 - li jammonta għal madwar €79 biljun (iċ-ċifra eżatta għadha qed tiġi diskussa bejn il-Kummissjoni, il-MPE u l-gvernijiet nazzjonali).

Iktar informazzjoni dwar Orizzont 2020 English

Iktar informazzjoni dwar il-partenarjati pubbliċ-privati English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli