Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

L-istrateġija tistabbilixxi metodu komuni tal-UE għas-sikurezza ta' netwerks diġitali, il-prevenzjoni tal-kriminalità fuq l-internet u l-protezzjoni tal-konsumaturi.
Il-kriminalità fuq l-internet qed tiżdied b'rata mgħaġġla. Każijiet ta' virus tal-kompjuter, ksur fin-netwerks, u ċ-ċiberkriminalità jistgħu jwasslu għal telf finanzjarju sustanzjali, idgħajfu il-fiduċja fis-servizzi onlajn u jikkawżaw ħsara kbira lill-ekonomija tal-UE.
Jekk ma nistinkawx biex nipproteġu n-netwerks diġitali kritiċi, is-sigurtà pubblika u s-sikurezza nazzjonali jistgħu jiġu mhedda wkoll. Hija problema globali li ssejjaħ għal metodu komuni – il-kriminali elettroniċi jistgħu jattakkw minn kullimkien.
Madwar 38% tal-utenti Ewropej tal-Internet bidlu l-imġiba tagħhom minħabba tħassib fiċ-ċibersigurtà: 18% joqgħodu lura milli jixtru oġġetti onlajn u 15% joqgħodu lura milli jużaw servizzi bankarji onljan skont stħarriġ reċenti ![]()
.
Biex titreġġa’ lura din it-tendenza, il-Kummissjoni nediet strateġija komprensiva ![]()
biex tiddefendi n-netwerks diġitali tal-UE u tipproteġi l-konsumaturi miċ-ċiberkriminalità. Metodu komuni għandu jgħin biex isaħħaħ in-netwerks kritiċi kontra l-attakki u jnaqqas drastikament il-kriminalità fuq l-internet.
Jekk jingħaqdu pajjiżi oħra tiżdied ukoll is-sigurtà fl-UE u jitħarsu ċ-ċittadini. Il-pajjiżi tal-UE se jaħdmu flimkien biex jippromwovu ċ-ċibersigurtà’ globalment billi jiffavorixxu l-applikazzjoni ta' liġijiet internazzjonali eżistenti fiċ-ċiberspazju u jgħinu nazzjonijiet oħra jeħilsu mill-periklu fuq l-internet.
Miżuri ġodda
F’konformità ma’ din l-istrateġija, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi ![]()
wkoll lill-pajjiżi tal-UE, il-fornituri tal-internet u setturi vulnerabbli tan-negozju jieħdu passi sabiex jassikuraw netwerks diġitali kritiċi.
Il-gvernijiet kollha tal-UE jkunu responsabbli għall-prevenzjoni u r-reazzjoni għat-theddid tan-netwerks diġitali. Kollha jkunu jridu jilħqu standards komuni dwar iċ-ċibersigurtà u jżidu l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità.
Il-fornituri tas-servizzi tal-kummerċ elettroniku u n-negozji fis-setturi tal-enerġija, it-trasport, is-servizzi bankarji u l-kura tas-saħħa se jkollhom itejbu s-sigurtà tan-netwerks. Il-liġi attwali tal-UE li teħtieġ ir-rapportar ta’ inċidenti tas-sigurtà online tiġi estiża biex tkopri s-servizzi ewlenin tal-Internet u l-amministrazzjonijiet pubbliċi.
Pereżempju, skont il-liġi attwali, il-fornituri tat-telekomunikazzjoni regolari jridu jirrappurtaw l-inċidenti fis-sigurtà filwaqt li voice-over-ip (VOIP), bħat-telefonati bl-internet ta' Skype, le. Il-miżuri l-ġodda għandhom jgħalqu dawn il-lakuni billi jirrikjedu servizzi tal-VOIP biex ukoll jirrappurtaw l-inċidenti.