Mogħdija tan-navigazzjoni

Aktar saħħa għall-"cloud computing" - 27/09/2012

Ħames apparati elettroniċi bi skrins blu magħqudin bi vleġeġ blu ma' sħaba waħda blu © EU

Strateġija ġdida biex jinħoloq sett waħdieni ta' regoli għall-"cloud computing" u biex jiżdied il-PGD tal-UE b'€160 biljun sal-2020.

Ħafna minna jużaw il-"cloud computing" mingħajr ma jafu li qed jagħmlu dan. L-emails abbażi tal-Web, il-Facebook u Spotify ilkoll jużaw it-teknoloġija biex jaħżnu d-dejta bħal stampi, vidjows u text fajls.

Il-fajls jinħażnu f'ċentri ta' dejta kbar li fihom mijiet ta' servers u sistemi ta' ħżin li huma kompatibbli ma' kważi kull softwer tal-kompjuter. Meta tkun tixtieq aċċess għall-informazzjoni tiegħek, ikollok sempliċement tikkonnettja mal-"cloud" mill-PC, l-ismartphone jew it-tablet tiegħek.

Il-vantaġġi huma bosta – l-utenti ma jeħtiġilhomx jixtru jew jieħdu ħsieb servers u sistemi għall-ħżin tad-dejta għaljin. Aktar minn 80% tan-negozji li diġà qed jużaw it-teknoloġija rrapportaw tnaqqis fl-ispejjeż tal-IT ta' 10-20%, filwaqt li 20% ffrankaw 30% jew aktar.

Barra milli jnaqqas l-ispejjeż tal-IT, il-"cloud computing" jiffranka l-ispazju fl-uffiċċji u jnaqqas il-bżonn ta' timijiet interni ta' appoġġ għall-IT.

Iżda l-UE mhix qed taħsad il-potenzjal sħiħ tal-"cloud computing". Bosta negozji qed jitilfu l-interess tagħhom minħabba l-inċertezzi dwar is-sigurtà tad-dejta jew iċ-ċaqliq tad-dejta bejn provvedituri differenti tal-"cloud".

Bħala tweġiba, il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi strateġija biex tittratta dawn ir-riskji English , introduzzjoni ta' sett waħdieni ta' regoli, u tisħiħ fl-użu tal-"cloud computing" min-negozji Ewropej.

L-istrateġija għandha erba' għanijiet prinċipali:

  • Li tiżgura li l-utenti jkunu jistgħu jċaqalqu d-dejta minn "cloud" għall-ieħor – jew jirtiraw id-dejta għalkollox
  • Ċertifikazzjoni mal-UE kollha għall-provvedituri tal-"cloud" ta' fiduċja
  • Kuntratti bħala mudelli għall-"cloud computing" li juru l-obbligi legali b'mod ċar
  • "Partenarjat Ewropew għall-Cloud" bejn is-settur pubbliku u l-industrija biex jiġu identifikati l-ħtiġijiet u żgurat li s-settur tal-IT Ewropew jista' jissodisfahom. Dan għandu jwassal sabiex il-kumpaniji Ewropej ikunu aktar b'saħħithom meta jiffaċċjaw il-kompetizzjoni minn pajjiżi barranin – primarjament mill-Istati Uniti.

Ir-rapport tal-"Cloud computing" fl-Ewropa– domanda u ostakoli tal-użu English jikkalkula li permezz ta' opportunitajiet ġodda għall-innovazzjoni u l-aċċess għal teknoloġija li żżid il-produttività, in-negozji jistgħu jżidu madwar €600 biljun mal-PGD tal-UE bejn l-2015 u l-2020.

Sal-aħħar tal-2013 għandu jkun ċar jekk aktar azzjoni jew leġiżlazzjoni tkunx meħtieġa biex jingħata appoġġ lill-"cloud computing".

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli