Mogħdija tan-navigazzjoni

Investiment ta' €8 biljun fir-riċerka Ewropea - 12/07/2012

Riċerkatur fuq skrivanija, qed jirranġa xi tagħmir © EU

L-aħħar sejħa għall-proposti ta' riċerka tal-UE għandha l-għan li tistimola l-innovazzjoni għat-tkabbir u l-impjiegi.

Madwar €8.1 biljun se jkunu jistgħu jintużaw għar-riċerka tal-ogħla standard fl-2013 - mod biex l-UE terġa' lura għat-tkabbir u biex jonqos id-distakk tal-innovazzjoni English (en) mal-kompetituri kummerċjali ewlenin tagħha, l-Istati Uniti u l-Ġappun.

Timijiet ta' riċerka mill-UE u lil hinn minnha jistgħu japplikaw għall-fondi, li se jkollhom fil-mira oqsma bħal:

  • saħħa aħjar - studji dwar batterji li huma reżistenti għall-mediċina, mard tal-moħħ
  • riżorsi tal-baħar - skoperti ta' speċi ġodda, applikazzjonijiet tal-bijoteknoloġija, teknoloġiji tas-sensers, metodi ta' ġestjoni sostenibbli
  • bliet għaqlin - żvilupp ta' trasport, bini u ċentri ta' dejta effiċjenti fl-enerġija, biex jonqos l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq iż-żoni urbani
  • forniment ta' materja prima - sostituti għall-metalli kritiċi, metodi aħjar għall-irkupru tal-iskart, riċiklaġġ, użu effiċjenti tal-materja prima disponibbli
  • enerġija sikura u nadifa - teknoloġiji rinovabbli irħas u iktar effiċjenti, tagħmir fotovoltajiku tal-ġenerazzjoni li jmiss, turbini tar-riħ, bijoenerġija u bijofjuwils, teknoloġiji tal-qbid u l-ħażna tal-karbonju, netwerks elettriċi intelliġenti
  • ġestjoni tal-ilma - titjib fil-kwalità, ipproċessar tal-ikel effiċjenti fl-użu tal-ilma u l-enerġija, sensers nanoteknoloġiċi għall-monitoraġġ tal-ambjent
  • teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni - użu usa' tal-cloud computing, netwerks ta' speċjalisti fin-newroxjenza u n-newrorobotika
  • appoġġ għar-riċerkaturi - għajnuna għar-riċerkaturi żgħażagħ, kollaborazzjoni bejn pajjiżi differenti, riċerka mill-iktar avvanzata, kummerċjalizzazzjoni tal-iskoperti.

Madwar €1.2 biljun se jmorru għall-proġetti ta' negozji żgħar, biex jgħinhom fl-innovazzjoni u t-tkabbir - speċjalment importanti billi huma ħolqu 85% tal-impjiegi l-ġodda fl-UE bejn l-2002 u l-2010.

Xi jmiss

Il-parti l-kbira tas-sejħiet għat-talba ta' fondi English kienu ppubblikati fl-10 ta' Lulju, u se joħorġu iktar.

Dan huwa l-aħħar grupp ta' għotjiet mill-programm ta' €55 biljun ta' fondi għar-riċerka attwali tal-UE għall-2007-2013. Il-fondi kienu ta' għajnuna għal 19 000 proġett ta' riċerka u madwar 55 000 riċerkatur.

Il-proposti tal-Kummissjoni għall-programm ta' riċerka u innovazzjoni li jmiss, Orrizont 2020 English , għandu jinvesti €80 biljun fuq is-seba' snin li ġejjin.

Il-fondi għar-riċerka huma parti mill-“Unjoni għall-Innovazzjoni English ” tal-UE – inizjattiva ewlenija tal-istrateġija dwar it-tkabbir u l-impjiegi biex tkun stimolata u mħaffa l-innovazzjoni fl-Ewropa.

Iktar dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni

Kun af iktar dwar kif tapplika għal għotja għar-riċerka English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli