Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE tagħmel il-progress, iżda l-iżvilupp qed inaqqas. Din it-tendenza tenfasizza l-ħtieġa li nżidu l-isforzi jekk irridu li l-ekonomija Ewropea żżomm il-kompetittività globali.
Skont tabella annwali ta' valutazzjoni tal-innovazzjoni u r-riċerka ![]()
, kważi l-pajjiżi kollha tal-UE tjiebu fit-tkattir tal-innovazzjoni.
Iżda l-progress qed inaqqas - u l-UE għadha ma għalqitx id-distakk fl-innovazzjoni mal-mexxejja internazzjonali - l-Istati Uniti, il-Ġappun u l-Korea t'isfel. Fuq kollox, l-ekonomiji emerġenti bħaċ-Ċina, il-Brażil u l-Indja ilhom dawn l-aħħar 5 snin jippruvaw jilħquna.
It-tabella turi b'mod ċar li l-UE se jkollha żżid fl-isforzi tagħha biex tistimola u tħaffef l-innovazzjoni jekk trid tagħti spinta - biex ma ngħidu xejn dwar li tmantni - il-kompetittività tagħha.
Huwa għalhekk li l-innovazzjoni – u t-tneħħija tal-ostakli li jipprevjenu li l-ideat tajbin jilħqu s-suq – huwa fil-qalba tal-istrateġija tal-UE għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.
It-tabella tqabbel il-pajjiżi abbażi tal-livelli tal-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp (R&D) - indikatur ewlieni - flimkien ma' 23 fattur ieħor.
L-ingredjenti għall-innovazzjoni
Il-mexxejja tal-innovazzjoni tal-UE huma l-Isvezja, id-Danimarka, il-Ġermanja u l-Finlandja. L-4 pajjiżi għandhom it-tendenza għal:
It-tabella tqabbel il-prestazzjoni tal-pajjiżi f'dawn l-oqsma u oħrajn li huma kkunsidrati bħala ewlenin fl-istimular tal-innovazzjoni.
Ir-Renju Unit pereżempju għandu livelli ta' innovazzjoni 'l fuq min-norma. Saħħietu huma l-kapaċitajiet tal-ħaddiema, u s-sistemi eċċellenti tar-riċerka, fost fatturi oħra.
L-Unjoni ghall-Innovazzjoni
It-tabella hija parti mill-istrateġija tal-UE biex toħloq “unjoni tal-innovazzjoni
”, fejn l-intraprendituri jsibu l-appoġġ li jeħtieġu biex ibiddlu l-ideat tagħhom fi prodotti u servizzi kummerċjali.
Il-metodu jinkludi l-promozzjoni tal-isħubijiet bejn is-setturi pubbliċi u dawk privati, il-faċilitar tal-aċċess għall-finanzjament u l-ħaddiema b'kapaċitajiet, it-tnaqqis tal-burokrazija u t-tnaqqis tan-nefqa għall-ippatentjar ta' ideat ġodda.
L-ewwel partenarjat – imniedi s-sena l-oħra – għandu l-għan li jħeġġeġ il-prodotti u servizzi ġodda li jwasslu għal anzjanità attiva u b'saħħitha
.