Mogħdija tan-navigazzjoni

Nibdlu r-riċerka f'riżultati - 01/12/2011

Riċerkatur wara stampa tal-atomi © EU

Programm li jiswa €80 biljun, ippjanat mill-UE li jiffoka fuq il-bdil tar-riżultati tar-riċerka fi prodotti u servizzi.

Il-programm tal-2014-20 – magħruf bħala Orizzont 2020 English – jgħaqqad flimkien il-finanzjament kollu tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni taħt programm wieħed. Jiffaċilita l-pass sabiex skoperti xjentifiċi jinbidlu fi prodotti u servizzi innovattivi li jipprovdu opportunitajiet lin-negozju u jtejbu l-ħajja tan-nies.

Il-proposti jimmiraw finanzjament għal tliet għanijiet ewlenin:

  • €24.6 biljuni biex l-Ewropa tinżamm fl-ewwel post fix-xjenza. Il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka English , li jiffinanzja r-riċerka fundamentali ta' wħud mill-aqwa xjentisti tal-Ewropa, se jara żieda ta' 77% fil-baġit tiegħu.
  • €17.9 biljuni biex jiżguraw li l-Ewropa tiġi l-ewwel fl-industrija tal-innovazzjoni. Dan jinkludi investiment f'teknoloġiji ewlenin kif ukoll għajnuna għan-negozji ż-żgħar li jkollhom bżonn aċċess għall-finanzjament.
  • €31.7 biljuni biex jiġu indirizzati kwistjonijiet popolari f'oqsma bħal:
    • is-saħħa, it-tibdil demografiku u l-benessri
    • is-sigurtà tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, riċerka dwar il-baħar u dik marittima u l-bijoekonomija
    • l-enerġija sigura, nadifa u effiċjenti
    • it-trasport għaqli, ekoloġiku u integrat
    • l-azzjoni klimatika, użu effiċjenti tar-riżorsi u materja prima
    • is-soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri

Biex teħles mix-xkiel ta' burokrazija żejda, il-Kummissjoni qed tippjana li tissimplifika l-proċeduri tar-rimborż għall-proġetti ta' riċerka ffinanzjati mill-UE, tnaqqas id-dokumentazzjoni involuta fit-tħejjija ta' proposta ta' riċerka, tarmi verifiki ta' bla bżonn, u tqassar iż-żmien bejn meta proposta ta' riċerka tiġi aċċettata u meta tinħareġ l-għotja.

Bosta elementi importanti mill-programm ta' bħalissa se jkomplu. Dawn jinkludu l-investiment fit-teknoloġija ewlenija ta' appoġġ DeutschEnglishfrançais bħan-nanoteknoloġiji; l-inizjattivi li jgħaqqdu flimkien l-akkademja, iċ-ċentri ta' riċerka u n-negozji; il-kollaborazzjoni internazzjonali, u l-finanzjament tar-riċerkaturi żgħażagħ.

Il-pjanijiet se jiġu diskussi mill-ministri u l-membri tal-parlament bit-tir li jintleħaq qbil qabel tmiem is-sena 2013.

Aktar dwar Orizzont 2020 English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli