Mogħdija tan-navigazzjoni

€7 biljun għal riċerka attwali - 19/07/2011

Xjenzjat u rappreżentazzjoni tal-atomi © EU

L-aktar sejħa reċenti tal-UE għal proposti ta' riċerka tiffoka fuq l-innovazzjoni u kif inwasslu ideat tajbin fis-suq.

Hemm madwar €7 biljun disponibbli għall-għotjiet din is-sena, parti mill-€53 biljun disponibbli permezz tal-programm ta' finanzjament għar-riċerka attwali għal bejn l-2007 u l-2013.

Timijiet ta' riċerka mill-UE u lil hinn jistgħu japplikaw għall-fondi, li qed jgħinu lill-Ewropa tiżviluppa riċerka ta' livell dinji u tagħlaq id-distakk bejn l-UE u l-kompetituri ewlenin, l-Istati Uniti u l-Ġappun.

Biex tkattar ix-xjenza u l-innovazzjoni, l-UE trid iżżid l-infiq fuq ir-riċerka għal 3% tal-prodott gross domestiku sal-2020 (minn 2% fl-2009). Jekk tintlaħaq din il-mira jistgħu jinħolqu 3.7 miljun impjieg u jissaħħaħ l-iżvilupp b'madwar €800 biljun.

Is-sejħa għal proposti ta' riċerka tindirizza wkoll l-għanijiet tal-politika dwar "unjoni ta' innovazzjoni English " tal-UE. Din l-inizjattiva ewlenija ta' tkabbir u impjiegi Ewropa 2020, għandha tistimola u tħaffef l-innovazzjoni fl-Ewropa, filwaqt li telimina l-ostakoli li jwaqqfu lill-ideat tajba milli jidħlu fis-suq.

L-għotjiet għar-riċerka se jiffukaw fuq oqsma bħal:

  • xjuħija attiva u f'saħħitha - għajnuna biex persuni ta' età avvanzata jgħixu ħajja attiva u indipendenti hija l-ewwel sħubija ta' innovazzjoni Ewropea li tikkombina r-riċerka pubblika u dik privata
  • teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni - infrastrutturi tan-netwerk u s-servizz, sistemi nano u mikro, fotonika, robotika, kontenut diġitali, lingwa, saħħa u effiċjenza tal-enerġija
  • proġetti ta' kollaborazzjoni fost ir-riċerkaturi Ewropew u għajnuna biex jikkumerċjalizzaw l-iskoperti
  • appoġġ għar-riċerkaturi - madwar 10,000 se jieħdu finanzjament permezz tal-programm Marie Curie English , skont liema programm qed jiġi mniedi proġett pilota li jħeġġeġ l-intraprenditorija u l-kooperazzjoni bejn l-universitajiet, l-entitajiet ta' riċerka u l-kumpaniji privati
  • sfidi ambjentali - tibdil fil-klima, telf tal-bijodiversità, ksib ta' effiċjenza fir-riżorsi
  • ikel aktar sikur u bnin - investimenti f'bio-ekonomija b'saħħitha li ttejjeb il-metodi ta' produzzjoni
  • nanoteknoloġiji - riċerka fl-imġieba ta' partiċelli ta' livelli atomiċi jew molekulari tista' twassal għal tipi ġodda ta' fabbriki, karozzi li jagħmlu inqas ħsara u bini effiċjenti fl-enerġija
  • trasport u mobilità aktar nodfa, sikuri u effiċjenti

Madwar 16,000 riċevituri se jingħataw għotjiet għal proġetti ta' riċerka din is-sena. Madwar €1 biljun se jintuża biex jgħin fl-innovazzjoni ta' negozji żgħar u medji.

Se jkun hemm ukoll premju ġdid għall-innovaturi nisa English li l-ħidma tagħhom ġiet iffinanzjata mill-programm ta' finanzjament għar-riċerka.

Il-biċċa l-kbira tas-sejħiet għat-talba ta' fondi English se jiġu ppubblikati fl-20 ta' Lulju.

Aktar tagħrif dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni

Aktar tagħrif dwar l-unjoni ta' innovazzjoni English

Skopri aktar dwar l-applikkazzjoni għal għotja tar-riċerka English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli