Mogħdija tan-navigazzjoni

Roaming b'aktar għażla u bi prezzijiet orħos - 06/07/2011

Id iżżomm mowbajl © EU

Ix-"xokk meta tara l-kont" minħabba r-roaming tal-mowbajl tiegħek fl-UE jista' jispiċċa b'miżuri li jagħmlu s-suq aktar kompetittiv.

Ir-regoli l-ġodda English proposti għall-operaturi tal-mowbajls tal-Ewropa għandhom l-għan li jnaqqsu b'mod drammatiku l-ispejjeż tar-roaming.

Huma għandhom jgħinu tintlaħaq il-mira tal-2015 stabbilita mill-aġenda diġitali tal-UE għal suq ta' komunikazzjonijiet perfett - biex jitneħħew id-differenzi kbar bejn ir-rati domestiċi u r-roaming.

Il-proposta tittratta l-kawża prinċipali tal-prezzijiet għoljin tar-roaming - in-nuqqas ta' kompetizzjoni - billi tiftaħ is-suq għal aktar operaturi u billi tagħti lill-konsumaturi aktar għażla.

"Din għanda wkoll tnaqqas immedjatament il-prezzijiet tar-roaming tad-dejta, fejn l-operaturi attwalment igawdu minn marġni ta' profitti esaġerati," qalet Neelie Kroes, il-kummissarju tal-aġenda diġitali.

Ir-regoli se jinsistu li l-operaturi domestiċi jippermettu lil provvedituri oħrajn aċċess għan-netwerks tagħhom bi prezzijiet bl-ingrossa li jkunu regolati.

Il-konsumaturi se jkunu wkoll jistgħu jibdlu l-operatur domestiku tagħhom għal provveditur ta' roaming ieħor. Il-bidla tkun awtomatika - mingħajr bdil fin-numru tat-telefown jew fis-SIM kard.

Limitu għall-prezzijiet tad-dejta

Aċċess eħfef u aktar għażla għandhom irawmu l-kompetizzjoni u jnaqqsu l-prezzijiet, iżda dan jista' jieħu xi ftit taż-żmien.

Sadattant, limitu għall-prezzijiet tar-roaming tad-dejta għandu jnaqqas il-ħlas għal mhux aktar minn 90 ċenteżmu għal kull megabajt (MB) minn Lulju 2012, u jitnaqqas għal 50 ċenteżmu sa Lulju 2014.

Fl-2010 il-konsumaturi ħallsu medja ta' €1.06 għal kull MB biex iddawnlowdjaw id-dejta f'pajjiż ieħor tal-UE, bil-prezzijiet jogħlew f'ċerti każijiet għal €12 għal kull MB.

Il-limitu tad-dejta jikkomplementa wieħed eżistenti għas-sejħiet u għar-roaming tat-testi - 35 ċenteżmu għal kull minuta għas-sejħiet li jkunu saru, u 11-il ċenteżmu għas-sejħiet riċevuti. Il-limitu jispiċċa f'Ġunju 2012 u għandu jkun estiż sa nofs l-2016.

Il-konsumaturi għandhom ikomplu jiġu protetti milli jieħdu "xkokk meta jaraw il-kont", permezz tar-regola li jillimita l-ħlas meta barra l-pajjiż għal €50 sakemm ma jiftehmux espliċitament dwar livell differenti.

Limitu korrenti għal prezzijiet bl-ingrossa - il-ħlas li l-operaturi jitħallsu għall-użu tan-netwerks tagħhom mill-kompetituri - se jibqa' fis-seħħ sal-2022.

Il-Kummissjoni tistenna li r-regoli jħeġġu offerti u prezzijiet innovattivi bejn il-fruntieri li jkunu b'mod sinifikanti taħt il-limiti ta' salvagwardjar.

Il-pass li jmiss

Il-proposta issa se tkun ikkunsidrata mill-Parlament Ewropew u l-gvernijiet tal-UE.

Aktar dwar ir-roaming English
Aktar dwar l-aġenda diġitali tal-UE English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli