Mogħdija tan-navigazzjoni

Inkattru l-innovazzjoni - 10/02/2011

Logo tal-unjoni tal-innovazzjoni © EU

Ħarġu fil-beraħ il-pjanijiet għat-tisħiħ tal-finanzjament tal-UE għar-riċerka biex tkun xprunata aktar innovazzjoni, jiżdidilha l-impatt ekonomiku tagħha u li jagħmluha eħfef għar-riċerkaturi biex jinvolvu lilhom infushom u jagħtu valur aħjar lill-kontributuri tat-taxxa.

L-UE se tonfoq madwar €143bn fil-perjodu 2007-2013 biex ikunu ffinanzjati proġetti ta' riċerka u ta' innovazzjoni. Issa l-Kummissjoni qed twitti t-triq għas-sensiela ta' finanzjament li jmiss - ibbażat fuq il-prijoritajiet għall-Unjoni tal-Innovazzjoni , parti mill-istrateġija tal-UE Ewropa 2020 English biex jissaħħu t-tkabbir u l-impjiegi.

Il-proposti inizjali DeutschEnglishfrançais se jiffokaw mill-ġdid il-finanzjament lejn proġetti li jittrattaw sfidi korrenti, bħas-saħħa u x-xjuħija tal-popolazzjoni, it-tibdil fil-klima, is-sigurtà tal-ikel, u t-tnaqqis fir-riżorsi naturali.

Il-finanzjament se jkun ukoll ikkoordinat aħjar matul il-katina tal-innovazzjoni - mir-riċerka bażika sat-tnedija ta' proġetti u servizzi fis-suq.

Proċeduri u regoli simplifikati se jagħmluha eħfef għar-riċerkaturi, il-kumpaniji u l-intraprendituri biex jikkooperaw, japplikaw ħalli jieħdu u jużaw fondi mill-UE. Verifiki dwar xi jkun qed isir se jkunu jissorveljaw il-proġetti biex jiżguraw li l-flus tal-kontributuri tat-taxxa jintużaw b'mod effettiv.

Żieda fl-investiment tar-Riċerka u l-Iżvilupp

Iffokar mill-ġdid tal-finanzjament tal-UE għandu jgħin biex tonqos id-differenza bejn l-UE u l-kompetituri ewlenin tagħha, jiġifieri l-Istati Uniti u l-Ġappun. Fl-aspetti kollha, l-Istati Uniti, skont valutazzjoni annwali English , tinsab avvanzata aktar mill-UE. Ekonomiji oħrajn li qed jitfaċċaw, bħaċ-Ċina u l-Brażil, qed b'mod mgħaġġel inaqqsu d-differenza.

Il-mexxejja tal-UE taw appoġġ wiesa' English lill-istrateġija tal-Kummissjoni, li jinvolvi wkoll il-ħolqien ta' partenarjati publiċi-privati biex jitwasslu aktar maljar aktar innovazzjonijiet. L-ewwel partenarjat, li se jitnieda fl-2011, se jinkuraġġixxi lir-riċerka u lill-iżvilupp biex jitkattru prodotti u servizzi ġodda għal xjuħija attiva u f'saħħitha.

L-UE se tinkuraġġixxi lill-gvernijiet u lill-industrija biex iżidu l-investiment ġenerali fir-riċerka u l-iżvilupp b'żieda ta' 3% tal-PGD sal-2020 (minn 2% fl-2009). Jekk tintlaħaq din il-mira jistgħu jinħolqu 3.7 miljun impjieg u jissaħħaħ l-iżvilupp b'€795bn.

Il-passi li jmiss

Għaddejja bħalissa sal-20 ta' Mejju konsultazzjoni pubblika English dwar il-proposti. Imbagħad il-Kummissjoni se tagħmel proposti speċifiċi dwar il-finanzjament għar-riċerka aktar tard din is-sena.

Ewropa 2020 English

Aktar dwar l-innovazzjoni fl-UE English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli