Mogħdija tan-navigazzjoni

L-internet huwa aktar minn sempliċi logħba: huwa ħajtek! - 08/02/2011

Il-Jum għal Internet aktar Sikur 2011 jnebbaħ liż-żgħażagħ li dak li jgħidu u jagħmlu onlajn jista' jkollu konsegwenzi fuq ħajjithom.

L-internet joffri possibbiltajiet ta' komunikazzjoni eċċezzjonali li t-tfal jisfruttaw kuljum minn fuq il-kompjuter, it-telefown jew il-logħob elettroniku. Madwar 74% tal-Ewropej ta' bejn 9 u 16-il sena jilagħbu onlajn u 60% minnhom jużaw in-netwerks soċjali.

L-internet huwa riżors bla tmiem u midja qawwija, iżda dan ma jfissirx li ma fihx riskji. Kontenut xokkanti, fastidju, pornografija, serq ta' dettalji personali: l-elenku tal-perikli li jheddu liż-żgħażagħ huwa twil. Saħħithom hija wkoll fir-riskju: illum huma konnessi ħafna aktar minn għaxar snin ilu u qed jorqdu madwar sagħtejn jew tlieta inqas kuljum.

Mill-2004, il-"jum għal internet aktar sikur" huwa maħsub biex jgħarraf lit-tfal, lill-ġenituri u lill-għalliema dwar dawn il-problemi. L-avveniment żied fl-importanza peress li saru jipparteċipaw fih 'il fuq minn sittin pajjiż.

Fl-Unjoni Ewropea, iċ-ċentri nazzjonali tal-għarfien jipproponu attivitajiet u sessjonijiet ta' ħidma. Dawn huma appoġġati mill-"programm għall-internet aktar sikur" tal-Kummissjoni Ewropea. Fi Franza, in-netwerk "Internet bla biża'" français jikkoordina aktar minn mitt avveniment fil-pajjiżi kollha u jxerred filmati għaż-żgħażagħ.

Din is-sena, fil-qalba tal-attenzjoni nsibu il-"ħajjiet virtwali". Iż-żmien li t-tfal iqattgħu fuq l-internet, il-ġestjoni tal-identità tagħhom, tal-avatars u l-ismijiet li jużaw, id-distinzjoni bejn id-dinja reali u dik virtwali, kif ukoll it-traċċi permanenti li jħallu fuq l-internet se jkunu wħud mit-temi diskussi.

Fl-okkazzjoni ta' dan il-Jum, se jiġu trażmessi sitt pariri ewlenin English għall-ġenituri, kif għandhom jarmaw il-kompjuter fis-salott minflok fil-kamra tat-tfal u kif jużaw għodda ta' kontroll. Fil-fatt, kwart tal-ġenituri biss jużaw dan it-tip ta' software li jippermetti l-iffiltrar ta' ċertu kontenut u li jagħtihom aċċess għall-passat tal-paġni web li daħlu fihom uliedhom.

Il-volontà li tissaħħaħ il-fiduċja ta' dawk li jużaw l-internet u s-sikurità fuq in-netwerk hija stipulata aktar fl-istrateġija English tal-Unjoni favur l-ekonomija elettronika, li għandha l-għan li ssaħħaħ kull vantaġġ tal-internet.

il-Jum għal Internet aktar Sikur, 8 ta' Frar 2011 English

L-avvenimenti viċin tiegħek English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli