Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

Pjan fuq ħames snin biex tingħata spinta lis-servizzi pubbliċi bbażati fuq l-internet, biex il-pubbliku jiffranka l-ħin u l-flus u biex tiżdied il-kompetittività tal-UE.
Waqt li l-użu ikbar tal-internet naqqas il-karti, mhux is-servizzi pubbliċi kollha qed jużaw dan is-servizz b'potenzjal qawwi. Il-Pjan ta' Azzjoni Gvern-e ![]()
għandu l-għan li jżid l-għadd ta' kompiti amministrattivi u burokratiċi li jistgħu jsiru onlajn. L-objettivi huma li jonqsu l-burokrazija u l-ħela ta' ħin u li tingħata għajnuna lill-gvernijiet biex joffru l-aħjar servizz possibbli mingħajr spejjeż żejda.
Il-mira tal-pjan hu li 50% taċ-ċittadini u 80% tan-negozji jużaw is-servizzi tal-gvern onlajn sal-2015.
Il-pajjiżi tal-UE se jaħdmu flimkien u mal-Kummissjoni biex jiżviluppaw servizzi tal-gvern-e li jilħqu l-Ewropa kollha. B'mod partikolari, flimkien se jindirizzaw il-piżijiet addizzjonali li l-pubbliku u n-negozji jaffaċċjaw meta jgħixu barra minn pajjiżhom - ostaklu għall-kompetittività ekonomika tal-UE.
Il-pubbliku
Kompiti bħar-reġistrazzjoni ta' twelid jew ħlas ta' taxxi se jkunu jistgħu jsiru faċilment mid-dar. Dawk li m'għandhomx internet se jkunu jistgħu jużaw is-servizzi onlajn permezz tat-TV, tat-telefown jew tal-mowbajl.
Is-servizzi onlajn jistgħu wkoll jgħinu lil dawk li jixtiequ jiċċaqalqu minn pajjiż membru tal-UE għal ieħor. Pereżempju, waħda mill-prijoritajiet tal-pjan hija li jiġu żviluppati modi kif l-istudenti jkunu jistgħu jinkitbu onlajn f'kull università fl-UE. Jekk isir faċli jistudjaw barra minn pajjiżhom daqs f'pajjiżhom, l-istudenti jinkoraġixxu ruħhom li jikkunsidraw universitajiet barranin. Proġett pilota għal din l-iskema diġà beda bejn 5 pajjiżi tal-UE.
Il-pubbliku se jkun jista' jipparteċipa b'mod attiv fil-proċess tat-tfassil tal-politika permezz ta' dibattiti u konsultazzjonijiet onlajn.
In-negozji
In-negozji jiffrankaw flus u ħin jekk il-parti kbira tal-amministrazzjoni tagħhom, bħar-reġistrazzjoni tal-kumpanija, jagħmluha mill-uffiċċju tagħhom stess. Servizz onlajn bejn pajjiż u ieħor jgħinu lill-intraprendituri u n-negozji jiftħu ħwienet u jespandu lejn pajjiżi oħra tal-UE.
Il-pajjiżi membri se jfasslu serje ta' servizzi pubbliċi onlajn bejn pajjiż u ieħor li għandhom jidħlu bejn l-2012 u l-2015. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni se tivvaluta kif is-servizzi onlajn jistgħu jnaqqsu l-użu tal-karbonju mill-gvernijiet.