Mogħdija tan-navigazzjoni

Nużaw il-potenzjal kollu tal-innovazzjoni - 06/10/2010

Nies iħarsu lejn stampi diġitali © EU

Strateġija Ewropea ġdida biex tħaffef l-iżvilupp ta' prodotti u servizzi ġodda se twitti t-triq għal iktar tkabbir ekonomiku u impjiegi.

"Unjoni ta' Innovazzjoni", inizjattiva ewlenija ta' Ewropa 2020 DeutschEnglishfrançais , hi ddisinnjati biex tistimola u tħaffef l-innovazzjoni fl-Ewropa, filwaqt li telimina l-ostakoli li jwaqqfu lill-ideat tajba milli jidħlu fis-suq.

Il-metodu jinkludi l-ħolqien ta' "partenarjati ta' innovazzjoni" bejn is-setturi pubbliċi u privati biex l-innovazzjonijiet jaslu iktar malajr fis-suq. Dan għandu jżid il-finanzjament għar-riċerka u l-iżvilupp, jikkoordina aħjar l-investiment, u jgħin biex ir-regolamenti u l-istandards jibqgħu aġġornati fid-dawl tal-ħtiġijiet tal-ekonomija tal-lum.

L-oqsma ta' prijorità fejn il-Kummissjoni tixtieq tibni iktar kooperazzjoni pubblika-privata jinkludu t-tibdil fil-klima, l-effiċjenza tal-enerġija, ħajja b'saħħitha, bliet intelliġenti u l-mobbiltà, l-effiċjenza tal-ilma, il-materja prima u l-agrikoltura sostenibbli.

L-ewwel partenarjat, li għandu jitnieda fl-2011, se jagħmel ħiltu biex iħeġġeġ l-iżvilupp ta' prodotti u servizzi ġodda li jrawmu xjuħija attiva u b'saħħitha.

Peress li r-riċerka u l-iżvilupp għandhom rwol importanti fl-innovazzjoni, il-politika tara wkoll li tagħlaq id-distakk bejn l-Ewropa u l-Istati Uniti u l-Ġappun billi żżid l-investiment fil-R&Ż għal 3% tal-PGD.

Skont studju ġdid English , jekk tintlaħaq din il-mira jistgħu jinħolqu 3.7 miljun impjieg ġdid u u t-tkabbir ekonomiku annwali jista' jilħaq €795 biljun. Ikun meħtieġ miljun riċerkatur ieħor.

L-Unjoni ta' Innovazzjoni għandha wkoll l-għan li tiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament u l-ħaddiema b'ħiliet, tnaqqas il-burokrazija u tnaqqas l-ispiża tal-brevettar ta' ideat ġodda.

Il-miżuri proposti jinkludu wkoll indikaturi biex jitkejjel is-sehem ta' kumpaniji li qed jikbru malajr fl-ekonomija u biex ssir klassifikazzjoni tal-universitajiet. Proposti biex jiżdied iċ-ċaqliq tal-investiment f'kapital ta' riskju bejn il-fruntieri jagħmlu wkoll parti mill-pakkett.

Aktar tagħrif dwar l-Unjoni ta' Innovazzjoni English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli