Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-ġejjieni diġitali tagħna f'wirja - 27/09/2010

Logo għall-avveniment tal-ICT 2010 © EU

Informazzjoni u teknoloġiji tal-komunikazzjoni l-aktar reċenti huma l-fokus tal-"ICT 2010 - Immexxija diġitalment", li se tittalla' fi Brussell bejn is-27 u d-29 ta' Settembru - b'wirjiet, konferenzi u netwerkong għar-riċerkaturi u n-negozji.

B'potenzjal tremend li jibdlulna ħajjitna, it-teknoloġiji diġitali huma wkoll ta' importanza kruċjali għall-ekonomija. It-trawwim tal-innovazzjoni fl-ICTs hu parti prinċipali mill-istrateġija tal-UE biex l-Ewropa tinżamm kompetittiva u prospera.

Fl-ICT 2010, ir-riċerkaturi, l-uffiċjali eżekuttivi kummerċjali, l-investituri u dawk li jfasslu d-deċiżjonijiet se jiddiskutu l-ġejjieni tat-teknoloġiji diġitali. L-avveniment se jiffoka fuq prijoritajiet ta' politika bħall-Aġenda Diġitali tal-Ewropa DeutschEnglishfrançais u l-finanzjament tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni fl-ICT English , li se jiswa €2.8bn bejn l-2011-12.

Il-konferenzi tal-ICT 2010 huma partikularment utli għan-negozji żgħar u ta' daqs medju, bi gruppi ta' ħidma bi proġetti ta' finanzjament ICT, u għall-akkwist u l-ġbid tal-investiment. Sessjonijiet ta' netwerking se jgħinu wkoll lir-riċerkaturi u lill-innovaturi, lill-inġiniera u lill-investituri biex jagħmlu l-kuntatti u jifformaw partenarjati.

Fl-aħħar nett, wirja li għandha aktar minn 100 stand se tippreżenta r-riżultati tal-aktar riċerka reċenti tal-ICT. Il-proġetti jinkludu:

- 3D-Coform English - il-ħidma biex artefatti u siti storiċi jiġu diġitizzati f'3D bħala mod ta' dokumentazzjoni dwar il-wirt kulturali tal-Ewropa.

- Dawl fi Stat Solidu (SSL) English - it-tisħiħ tal-iżvilupp ta' teknoloġiji ta' dawl organiku, li hu ħames darbiet aktar effiċjenti mid-dawl konvenzjonali.

- Kompaï English - ir-robot iddisinjat biex jgħin lill-morda, lill-persuni b'diżabbiltà jew ix-xjuħ ikunu indipendenti f'ħajjithom id-dar.

- Presenccia English - l-iżvilupp ta' teknoloġiji b'realta virtwali bħala mezz biex l-amputati jitgħallmu kif jużaw riġel jew driegħ prostetiku.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli