Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE se tagħti spinta lin-netwerks ultraveloċi - 20/09/2010

Termini marbuta mal-internet: Web 2.0, social media, blogging, networking, etc. © iStockphoto.com/mrakocy

Illum ġew adottati miżuri biex jagħtu spinta lit-tixrid u l-aċċettazzjoni tal-broadband veloċi u ultraveloċi fl-UE.

Fis-soċjetà tal-lum immexxija mill-informazzjoni, l-aċċess għall-internet veloċi huwa meħtieġ biex jinħolqu l-impiegi u l-prosperità. Fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa DeutschEnglishfrançais , l-UE impenjat ruħha li tiżgura li kull ċittadin Ewropew ikun jista' jkollu aċċess għall-broadband DeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski bażiku sal-2013, u l-broadband veloċi u ultraveloċi sal-2020.

"Dawn il-miżuri English se jgħinu biex jiżguraw li l-Ewropej ikollhom internet mill-aqwa kif jistennew u kif jixirqilhom, sabiex ikollhom aċċess għall-kontenut u s-servizzi li jridu," qalet il-kummissarju għall-aġenda diġitali Neelie Kroes. Il-pakkett ta' miżuri jinkludi:

  • rakkomandazzjoni English dwar l-aċċess għan-netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss, biex l-operaturi tat-telekomunikazzjoni jkunu jafu liema liġijiet tal-UE japplikaw
  • proposta English biex ikun żgurat li l-ispettru għall-broadband mingħajr l-użu tal-wajers ikun disponibbli sal-2013
  • dokument ta' politika English li jistabbilixxi kif l-aħjar li l-investiment pubbliku u privat jiġi inkuraġġut f'netwerks tal-broadband veloċi u ultraveloċi.

Il-konnessjonijiet b'veloċità għolja jagħmluha iktar faċli li wieħed jaħdem mid-dar jew waqt li jkun qed jivvjaġġa. Huma jgħinu wkoll lill-negozji biex inaqqsu l-ispejjeż tagħhom u jsiru iktar kompetittivi, u jagħmlu s-servizzi interattivi onlajn ġodda possibbli f'oqsma differenti, inklużi l-edukazzjoni u s-saħħa. L-Ewropa bħala reġjun għandha l-ogħla livelli medji ta' adozzjoni tal-broadband fid-dinja. Madanakollu, 1 % biss tal-Ewropej għandhom konnessjoni tal-internet b'fibri b'veloċità għolja d-dar tagħhom, meta mqabbla mat-12 % tal-Ġappuniżi u l-15 % tal-Koreani t'Isfel.

Strateġija Ewropa 2020 DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli