Mogħdija tan-navigazzjoni

Nagħmlu l-Ewropa attraenti għall-aħjar talent - 26/07/2010

Il-Kummissarju Geoghegan-Quinn u oħrajn, f'idejhom iċ-ċertifikat tal-1000 għotja għar-riċerka © EU

Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka issa ffinanzja 'l fuq minn 1000 idea innovattiva. Għad hemm €661m għar-riċerkaturi li għadhom fil-bidu tal-karriera tagħhom.

Karozza tivvjaġġa mingħajr sewwieq mill-Italja sa Shanghai biex jittestjaw is-sewqan awtonomu f'kundizzjonijiet estermi; żbruffar tal-vulkani maħluq fil-laboratorju biex jistudjaw l-interazzjoni tal-irmied vulkaniku mal-atmosfera; "robot kimiku" mikroskopiku li jwassal il-mediċina fil-postijiet it-tajba ġol-ġisem tal-bniedem. Dawn huma biss ftit mill-1000 proġett ta' riċerka innovattiva li l-Kunsill Ewropew għar-Riċerka iffinanzja - l-ewwel entità ta' finanzjament għal madwar l-Ewropa kollha għar-riċerka l-aktar avvanzata.

L-1000 rebbieħa, l-immunologa Prof. Erika von Mutius, qed tistudja modi ġodda kif tista' tindirizza l-ażma u l-allerġiji - xogħol li jista' jkollu impatt qawwi fuq il-ħajja ta' kuljum ta' ħafna nies. Dan huwa eżempju tipiku ta' applikazzjonijiet utli li jistgħu jiġu mir-riċerka "mmexxija mill-kurjożità" ffinanzjata mill-ERC.

Maħluq ftit iktar minn 3 snin ilu bil-missjoni li jagħmel l-Ewropa iktar attraenti għall-aħjar talent, l-ERC jagħti għotjiet lill-aħjar riċerkaturi ta' kull nazzjonalità, età u minn kull qasam xjentifiku.

Skont il-Kummissarju Geoghegan-Quinn, l-ERC "wettaq ħafna fi ftit żmien u qed jagħti riżultati eċċellenti għax-xjenza fl-Ewropa. L-investiment fl-aħjar talent fir-riċerka avvanzata huwa ċentrali, issa iktar minn qabel, biex inkunu nistgħu nagħtu spinta lill-innovazzjoni kif ukoll lill-kompetittitività tal-Ewropa meta mqabbla mal-bqija tad-dinja".

Iżda l-aħbarijiet tajba għadhom ġejjin: issa hemm €661m disponibbli f'forma ta' "Għotjiet tal-bidu" L-aħjar riċerkaturi fil-bidu tal-karriera tagħhom jistgħu japplikaw fl-ERC English mill-20 ta' Lulju.

Din is-sejħa għall-proposti ta' proġetti tal-ERC hija parti mill-ikbar investiment tal-UE fir-riċerka u l-innovazzjoni: kważi €6.4bn għal tkabbir u impiegi intelligenti.

Il-pakkett, imħabbar fid-19 ta' Lulju, ikopri firxa kbira ta' oqsma xjentifiċi, oqsma ta' politika pubblika u setturi kummerċjali. L-għotjiet se jkunu mogħtija permezz ta' sejħa għall-proposti u evalwazzjonijiet fuq l-14-il xahar li ġejjin u huma mistennija li joħolqu iktar minn 165 000 impieg.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli