Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE tikxef l-aġenda diġitali - 19/05/2010

Riċerkatur quddiem skrin ta' kompjuter © EU

L-IT u t-teknoloġiji ta' komunikazzjoni huma elementi prinċipali fl-istrateġija tal-UE biex jissaħħaħ l-iżvilupp ekonomiku u biex jiġu ffaċċjati l-isfidi prinċipali bħat-tibdil fil-klima u popolazzjoni li qed tixjieħ.

Illum il-Kummissjoni ppubblikat l-aġenda ta' ħames snin għall-industrija tat-telekomunikazzjonijiet, bi twegħid ta' sforzi ambizzjużi biex jinħall il-potenzjal diġitali tal-Ewropa.

L-aġenda diġitali English hi parti mill-istrateġija Ewropa 2020 DeutschEnglishfrançais , il-pjan tal-UE biex jitħeġġeġ żvilupp ogħla matul l-għaxar snin li ġejjin. Minn 7 inizjattivi kbar enfasizzati fl-istrateġija, l-aġenda diġitali hi l-ewwel waħda li se titnieda - indikazzjoni tal-importanza li qed tingħata.

L-iżviluppi fit-teknoloġija ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni mexxew l-akkwisti fil-produttività fl-Ewropa matul il-15-il sena li għaddew. Iżda l-Ewropa għadha mhix qed taħsad il-benefiċċji tal-epoka diġitali, qalet il-Kummissarju Neelie Kroes

Iċ-ċifri jitħaddtu għalihom innifishom.

Madwar 30% tal-Ewropej qatt ma użaw l-internet, avolja l-kummerċ u s-servizzi qed aktar ma jgħaddi żmien aktar isiru onlajn. L-Istati Uniti jinvestu darbtejn aktar mill-Ewropa fir-riċerka tal-ICT. 1% tal-Ewropej biss għandhom konnessjoni bl-internet veloċi b'fibra ottika, imqabbla ma' 12% tal-Ġappuniżi u 15% tal-Koreani tal-Korea t'Isfel.

Il-pjan jappoġġa użu akbar tal-IT fis-setturi kollha tas-soċjetà. Seba' għanijiet huma identifikati, li jibdew bit-tneħħija tal-ostakoli biex iseħħ in-negozju bejn il-fruntieri nazzjonali. Ostakoli bħal dawn jgħinu jispjegaw għala attwalment hemm erba' darbiet aktar iddawnlowdjar ta' mużika fl-Istati Uniti milli hemm fl-UE.

Biex jinfetaħ l-aċċess għal kontenut legali onlajn, il-Kummissjoni qed tippjana biex jiġu ssimplifikati l-awtorizzazzjoni tad-drittijiet tal-awtur u l-liċenzjar bejn il-fruntieri. Hi trid ukoll li l-pagamenti u l-invojsjar elettroniċi jseħħu b'mod aktar faċli.

Prijorità oħra hi li jitħaffef l-iżvilupp ta' internet b'veloċità għolja. Il-Kummissjoni trid tinkuraġġixxi l-investiment f'netwerks "broadband" u b'fibra ottika.

Ħafna Ewropej jibżgħu mit-teknoloġiji l-ġodda minħabba l-preokkupazzjoni tagħhom dwar il-privatezza. Il-Kummissjoni se tfittex regoli aktar stretti biex tiġi protetta d-dejta personali. Fil-ġejjieni, l-operaturi ta' websajt jista' jkun jinħtiġilhom jgħarrfu lill-utenti dwar ksur fis-sigurtà li jaffettwa d-dejta tagħhom.

Il-pjan jitlob ukoll li jkun hemm użu aktar kreattiv ta' soluzzjonijiet bl-IT għal kwistjonijiet bħat-tibdil fil-klima u l-popolazzjoni li qed tixjieħ. Id-dawl b'użu effiċjenti ta' enerġija u t-telemediċina qed jiġu kkwotati bħala eżempji. Previst l-iżvilupp ta' mfietaħ elettroniċi biex isir aċċess għal rekords mediċi.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli