Mogħdija tan-navigazzjoni

Iktar pajjiżi jappoġġaw l-apparat ta' sikurezza eCall fil-karozzi - 04/05/2010

L-idea li l-karozzi jiġu mgħammra b'sistema awomatika ta' emerġenza dieħla sew fl-Ewropa.

Seba' gvernijiet Ewropej oħra ngħaqdu fil-kampanja tal-UE biex il-karozzi l-ġodda jkollhom apparat li awtomatikament iċempel għall-għajnuna f'każ ta' inċident.

Il-Belġju, il-Bulgarija, id-Danimarka, il-Lussemburgu, Malta, il-Polonja u r-Rumanija huma l-aħħar pajjiżi li ffirmaw ftehim mhux vinkolanti mal-kummissjoni biex tiddaħħal l-eCall English , is-sistema ta' sejħiet għall-emerġenza fil-karozzi.

B'hekk issa hemm 25 pajjiż Ewropew impenjati biex iniedu s-sistema. Dawn jinkludu l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera, li mhumiex membri tal-UE. Il-manifatturi Ewropej tal-karozzi u l-operaturi tal-mowbajls diġà appoġġaw is-sistema, biex b'hekk ġiet issodisfata kundizzjoni oħra għall-użu fuq skala kbira tas-sistema.

Minkejja dan l-appoġġ, is-sistema eCall għadha mhi operattiva fl-ebda pajjiż tal-UE, ħames snin wara li bdiet il-kampanja. Il-kummissjoni ħeġġet lill-awtoritajiet nazzjonali biex idaħħlu l-eCall qabel, iżda xi pajjiżi esprimew tħassib rigward l-ispiża (madwar €100 għal kull karozza). Oħrjan damu biex jaġġornaw iċ-ċentri ta' emerġenza tagħhom u jħarrġu persunal ta' salvataġġ biex jieħu ħsieb it-telefonati.

Meta l-apparat eCall jidentifika impatt qawwi, iċempel awtomatikament il-112, in-numru ta' emerġenza Ewropew, u jinforma lill-ħaddiema tas-salvataġġ fejn tinsab il-karozza. Il-passiġġieri jistgħu wkoll jagħmlu telefonata permezz ta' buttuna.

Fiż-żewġ każijiet, tiġi stabbilita konnessjoni bejn il-vettura u ċ-ċentru ta' salvataġġ, minbarra l-iskambju awtomatiku tad-dejta. B'hekk, is-sewwieqa u l-passiġġieri li jistgħu jwieġbu għall-mistoqsijiet ikunu jistgħu jipprovdu iktar dettalji tal-inċident.

Jekk tkun kompletament operattiva fl-Ewropa, hu stmat li s-sistema tista' ssalva 2,500 persuna fis-sena u tnaqqas il-korrimenti serji b'tal-anqas 15%. Fl-2008, mietu madwar 39,000 persuna fit-toroq Ewropew, skont l-aħħar ċifri disponibbli.

L-inizjattiva tikkonċerna biss karozzi ġodda - l-UE mhix qed titlob li l-karozzi eżistenti jistallaw is-sistema wkoll.

F'dawn l-aħħar tliet snin, l-UE pprovdiet €160 miljun għar-riċerka fit-teknoloġija tal-informazzjoni biex jitjiebu s-sikurezza u s-servizzi fit-trasport.

Aktar informazzjoni dwar eCall English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli