Mogħdija tan-navigazzjoni

Tnaqqis ta' burokrazija għal finanzjament tar-riċerka - 30/04/2010

Xjentist © EU

Regoli ta' applikazzjoni u proċeduri ta' kontabilità ġodda għal finanzjament tar-riċerka

Bosta riċerkaturi qed isibu li l-proċeduri biex jakkwistaw finanzjament DeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski mill-UE għal proġetti tagħhom huma inkonsistenti u komplikati bla bżonn. Jilmentaw ukoll dwar il-limiti ta' żmien qosra biex iwieġbu sejħiet għal proposti ta' riċerka u dwar id-dewmien biex jirċievu l-flus fid-diversi fażijiet tal-proġetti.

Issa l-Kummissjoni qed tipproponi regoli ġodda li għandhom l-għan li jagħmluha eħfef li wieħed japplika u li jimmaniġġja għoti ta' flus, billi ammettiet li l-parteċipazzjoni fi proġetti finanzjati mill-UE saret kumplessa.

Il-pjan English jaħseb biex ikun hemm introduzzjoni ta' sistemi ta' kompjuter ġodda, titjib fil-proċeduri amministrattivi, assigurazzjoni li r-regoli japplikaw b'mod konsistenti u pubblikazzjoni tas-sejħiet ta' proposti fil-ħin. Bord ta' esperti għandu jissorvelja r-regoli l-ġodda biex jara li dawn itejbu s-sitwazzjoni.

Fi proposta separata qed jiġu deskritti tibdiliet aktar radikali biex jiġi rivedut il-mod li l-UE talloka l-fondi kollha, mhux biss għar-riċerka. Jekk aċċettat, dan ikun ifisser li l-proġetti ma jkollhomx għalfejn jagħtu lista tal-infiq kollu. Il-metodi ta' kontabilità għandhom ukoll jiġu aġġornati ma' dawk użati f'pajjiżi tal-UE għal finanzjament tar-riċerka.

Fl-istrateġija ekonomika tagħha għal 10 snin, l-UE tenfasizza l-importanza tar-riċerka biex tirkupra mir-reċessjoni u biex ikun hemm żvilupp fit-tul. Wieħed mill-għanijiet tagħha hu li tiżdied in-nefqa għar-riċerka bi 3% tal-PGD tal-UE biex jiġu attirati riċerkaturi u kumpaniji innovattivi ewlenin.

Min-naha taghha, l-UE assenjat €50.5bn ghar-ricerka matul il-perjodu ta' finanzjament 2007-13. Dan l-ammont ma jinkludix ir-ricerka nukleari, li hi koperta permezz ta' bagit separat ta' €2.7bn ghall-perjodu bejn 2007-11.

Iżda r-regoli kumplikati qed jiskuraġġixxu lil ħafna riċerkaturi, b'mod speċjali lil dawk li jaħdmu f'isem negozji żgħar - wieħed mill-miri prinċipali tal-bidliet proposti.

Il-Kummissarju responsabbli għar-riċerka Máire Geoghegan-Quinn qed tħejji rakkomandazzjonijiet dwar kif l-Ewropa tista' tilħaq il-mira ta' 3%, dawn għandhom jiġu ppreżentati fis-samit tal-UE fil-ħarifa. Huma għandhom jindirizzaw l-"isfidi kbar" li s-soċjetà qed tiffaċċja, bħat-tibdil fil-klima, is-sigurtà fl-ikel u l-popolazzjoni li qed tixjieħ.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli