Mogħdija tan-navigazzjoni

Attent x'turi! - 09/02/2010

Skont studju, 50% tal-adoloxxenti jqiegħdu tagħrif personali fuq l-internet meta mhux dejjem ikunu jafu dwar il-konsegwenzi.

Sena wara li l-Kummissjoni għamlet ftehim dwar internet b'inqas perikli ma' 18-il kumpanija ewlenija tal-web, rapport ta' progress juri riżultati mħalltin.

Skont il-ftehim volontarju, il-kumpaniji wiegħdu li jużaw miżuri biex iħarsu lit-tfal waqt l-użu ta' 25 sit ta' netwerking soċjali, inklużi Facebook, MySpace u YouTube. Żewġ kumpaniji oħra ingħaqdu f'Ġunju.

Sena wara, bosta kumpaniji issa joffru l-faċilità li wieħed jiblokka utenti oħra, ineħħi kontenut mhux mixtieq u jiddeċiedi min jista' jara xiex. Il-maġġoranza jipprovdu wkoll pariri dwar is-sikurezza tal-minorenni, għalkemm f'ċertu każi l-informazzjoni tkun jew moħbija jew diffiċli.

Iżda r-rapport tal-Kummissjoni, li jfakkar il-Jum għal Internet Iktar Sikur English , juri wkoll li 'l fuq minn nofs il-kumpaniji ma żammewx il-wegħdiet li jiżguraw li l-setting awtomatiku għall-profili onlajn u l-elenki tal-kuntatti tkun "privata" għall-utenti ta' taħt it-18. Barra minn hekk, ħafna siti għadhom iħallu is-'search engines' isibu l-profili ta' minorenni. U għalkemm bosta siti issa jipprovdu link għall-utenti biex jirrappurtaw fastidju, ftit huma dawk li regolarment iwieġbu għall-ilmenti.

"Is-sena l-oħra l-Kummissjoni Ewropea ħeġġet lill-kumpaniji jaġixxu, u ninsab kuntenta li ħafna minnhom taw widen għal din it-talba," qalet Viviane Reding, il-Kummissarju għas-soċjetà informatika. "Madankollu, nistenna li l-kumpaniji kollha jagħmlu aktar."

Stħarriġ apparti tal-aġenzija Ewropea dwar is-sigurtà tan-networks u l-informazzjoni English jirrakkomanda metodi għat-tnaqqis ta' riskji fejn jidħol it-tqegħid ta' tagħrif onlajn.

Is-siti ta' netwerking soċjali qed isiru dejjem aktar popolari, speċjalment fost it-tfal u ż-żgħażagħ. Dawn l-imħażen diġitali ta' informazzjoni privata jħeġġu l-utenti jħossuhom daqslikieku qegħdin fost grupp ta' ħbieb meta fil-fatt, l-informazzjopni tagħhom hi aċċessibbli għal miljuni ta' pesuni. Ir-riskju hu li fost dawn il-miljuni jkun hemm nies li ma jafux, bħal dawk li jagħmlu riklami onlajn u dawk li jfittxu s-sess.

L-UE hija mħassba dwar is-sikurezza tal-internet għax il-privatezza u l-protezzjoni ta' tagħrif personali huma drittijiet imħaddna fil-liġi Ewropea.

Aktar dwar il-programm tal-UE għas-sikurezza fuq l-internet English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli