Mogħdija tan-navigazzjoni

Aktar infiq mill-UE fir-riċerka - 16/11/2009

Xjentist libes libsa protettiva filwaqt li jżomm mudell ta' molekula ©EC

Żewġ kumpaniji mill-UE fost l-akbar investituri dinjija fl-R&D.

Minkejja l-kriżi ekonomika, il-kumpaniji Ewropej nefqu madwar 8.1% aktar fir-riċerka u l-iżvilupp fl-2008 milli kienu jagħmlu fl-2007 - bejn wieħed u ieħor l-istess żieda annwali għal sentejn wara xulxin.

In-negozji Amerikani u Ġappuniżi, l-akbar rivali tal-UE fl-infiq fl-R&D, żiedu wkoll l-investiment għall-ħolqien ta' prodotti ġodda, iżda ż-żieda - ta' 5.7% u 4.4% rispettivament - ma kinitx daqstant kbira.

Din kienet it-tieni sena konsekuttiva li r-rata ta' tkabbir tal-R&D għall-kumpaniji tal-UE kienet ogħla minn dik tal-kumpaniji tal-Istati Uniti. L-UE qabżet ukoll il-kumpaniji Ġappuniżi għar-raba' sena konsekuttiva.

L-investiment fl-R&D hu essenzjali biex wieħed jibqa' kompetittiv fl-ekonomija dinjija. Il-Kummissarju Ewropew għar-riċerka Janez Potočnik esprima s-sodisfazzjon tiegħu għar-riżultati: "Din hi l-aħjar strateġija biex noħorġu aktar b'saħħitna mill-kriżi."

It-tendenzi huma enfasizzati fit-tabella ta' klassifika dwar l-investiment għall-R&D fl-2009 English , klassifikazzjoni ta' 2,000 kumpanija (1,000 mill-UE, il-biċċa l-kbira tal-oħrajn mill-Istati Uniti u mill-Ġappun) li jirrappreżentaw 80% tal-infiq fl-R&D ta' negozji madwar id-dinja.

Żewġ kumpaniji mill-UE - Volkswagen tal-Ġermanja u Nokia tal-Finlandja - u ħames kumpaniji tal-Istati Uniti - li jinkludu Microsoft, General Motors u Pfizer - huma fost l-akbar 10 investituri tal-R&D. L-akbar investitur waħdieni kienet il-kumpanija Toyota tal-Ġappun, b'€7.61bn.

Għalkemm il-kumpaniji Ewropej qed jippumpjaw il-flus fl-R&D b'rata aktar mgħaġġla minn dik tar-rivali tagħhom tal-Istati Uniti u tal-Ġappun, huma xorta għadhom jonfqu anqas f'termini reali. L-investiment Ewropew bħala persentaġġ tal-bejgħ kien ta' 2.7% fl-2008, imqabbel ma' 4.5% fl-Istati Uniti u 3.4% fil-Ġappun. Dawn iċ-ċifri huma simili għall-2007.

Il-kumpaniji tal-Istati Uniti komplew jaqbżu l-UE fis-setturi fejn ir-riċerka u l-iżvilupp huma l-aktar intensivi - il-farmaċewtici, il-bijoteknoloġija, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni. Iżda l-infiq f'enerġija alternattiva qed jiżdied u hu ddominat mill-kumpaniji tal-UE.

B'mod globali, l-investiment tal-R&D kiber b'6.9% - anqas mill-2007 (9%) u mill-2006 (10%).

Il-kumpaniji minn ekonomiji li qed jinbtu għandhom biss sehem żgħir mit-total tal-investiment, iżda dan qed jinbidel. Is-sena l-oħra ċ-Ċina nefqet 40% aktar fl-R&D milli fl-2007, l-Indja 27.3% u t-Tajwan 25.1%.

It-tabella ta' klassifika għar-riċerka u l-iżvilupp fl-2009 English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli