Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

Bħala parti mis-Sena Ewropea tal-Kreattività u l-Innovazzjoni 2009, grupp imħallat ta' "ambaxxaturi Ewropej" iffurmat minn xjenzjati, artisti, akkedimiċi u diretturi tan-negozju prominenti, ippreżenta manifest ambizzjuż.
"Id-dinja miexja b'ritmu ġdid", jgħid il-grupp. "Biex tibqa' fuq ta' quddiem f'din id-dinja l-ġdida, l-Ewropa jeħtiġilha ssir aktar kreattiva u innovattiva".
L-ambaxxaturi jaħsbu li jekk tixtieq iżżomm ritmu tajjeb f'dinja li qed tinbidel malajr u tindirizza l-isfidi bħall-kriżi ekonomika u t-tibdil fil-klima, l-Ewropa trid terġa' tivvinta l-edukazzjoni, titrasforma l-post tax-xogħol f'siti tat-taħriġ, tippromwovi l-innovazzjoni, taħseb b'mod globali, toħloq ekonomija favur l-ambjent u ħafna iktar.
Kliemhom għandu piż tqil. Fil-grupp
hemm Karlheinz Brandenburg, li vvinta l-mp3 u Ernő Rubik, l-inventur tal-kubu ta' Rubik, kif ukoll Jean-Philippe Courtois, il-president ta' Microsoft International u Rita Levi-Montalcini, in-newrologa li ħadet il-Premju Nobel.
Il-manifest jippreskrivi modi kif l-Ewropa tista' tħeġġeġ l-ideat u l-bidla. Isejjaħ għal iktar investiment – pubbliku u privat – fl-akkwist u l-applikazzjoni tal-għarfien. Dan ifisser iktar infiq fix-xjenza, it-teknoloġija u d-disinn. Iżda wkoll iktar flus biex il-persuni jleħqu mal-bidla, ngħidu aħna, permezz ta' taħriġ fuq ix-xogħol u programmi ta' tagħlim tul il-ħajja.
Il-grupp jisħaq ukoll fuq il-bżonn li tiġi ppremjata l-inizjattiva: "L-artisti, id-disinjaturi, ix-xjenzjati u l-intraprendituri li jikkontribwixxu ideat ġodda għandhom jiġu ppremjati. Il-premijiet għall-eċċellenza għandhom ikunu kkumbinati mal-protezzjoni legali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u jsibu bilanċ bejn ħolqien ta' premijiet ġusti u l-promozzjoni tal-qsim tal-għerf."
Il-manifest hu r-riżultat ta' sitt dibattiti
fi Brussell li saru din is-sena fuq suġġetti ewlenin li għandhom x'jaqsmu mal-kreattività u l-innovazzjoni. Dibattitu finali
skedat għal iktar tard dan ix-xahar se jesplora kif l-industriji kreattivi jistgħu jsawru kemm l-ekonomija u kemm is-soċjetà.
Il-kampanja ![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
wasslet ukoll għal firxa ta' avvenimenti kulturali
madwar l-Ewropa bħal eżibizzjonijiet artistiċi u festivals. Il-kampanja tispiċċa b'konferenza f'Diċembru fi Stokkolma.