Mogħdija tan-navigazzjoni

Bidla fis-sit Europa - 18/09/2009

Screenshot tal-paġna ewlenija l-ġdida ta' Europa © EC

B'dehra ġdida u navigazzjoni mtejba huwa ħafna aktar faċli ssib dak li tkun qed tfittex fil-paġni ewlenin tas-sit tal-UE - tkun xi tkun il-lingwa uffiċjali tal-UE li tagħżel.

Europa – is-sitweb uffiċjali tal-UE – normalment ikun l-ewwel post fejn imorru n-nies ifittxu l-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea. Apparti li jkopri l-Istituzzjonijiet u l-liġijiet tal-UE, dan is-sit joffri wkoll gwida tajba dwar, per eż., x'għandna nagħmlu meta mmorru ngħixu f'pajjiż ieħor tal-UE u dwar kif ikollna aċċess għal finanzjament. Juri wkoll min jibbenefika mill-azzjonijiet tal-UE u kif.

B'aktar minn 6 miljun paġna, il-portal Europa huwa fost l-akbar siti tad-dinja. Dan ifisser li xi kultant tkun diffiċli li wieħed isib xi informazzjoni speċifika. Biex nagħmlu l-paġni ewlenin aktar dħulin, issimplifikajna d-dehra u qassamna s-sit f'6 temi prinċipali.

Il-menu ta' navigazzjoni jidher fil-paġni kollha biex wieħed ma jintilifx. Meta tikklikkja l-logo tal-Europa, tkun fejn tkun fis-sit, tirritorna direttament lejn il-paġna ewlenija. Barra minn hekk se jkun hemm għajnuna għan-navigazzjoni onlajn disponibbli bl-Ingliż, Franċiż u l-Ġermaniż.

Il-ħsieb kien li nirristrutturaw il-kontenut attwali b'mod aktar razzjonali - biex nisseparaw il-liġijiet u materjal tekniku kumpless minn informazzjoni aktar ġenerali, u biex ngħinu lill-viżitatur isib dak li jkun qed ifittex.

Irridu nkomplu ntejbu s-sit. Għaldaqstant nitolbuk tuża l-faċilità tal-feedback jekk tiltaqa' ma' xi problemi bil-paġni l-ġodda, jew jekk hemm xi faċilitajiet ġodda li tixtieq tara. Ir-rispons tiegħek jgħinna nfasslu paġni li jaqdu l-ħtiġijiet tiegħek.

Jista' jagħti l-każ li waqt li qed isseħħ din il-bidla tiltaqa' ma' xi żball żgħir, imma (nisperaw!) xejn gravi. Nirringrazzjawk tal-paċenżja.

EUROPA - Il-portal ta' l-Unjoni Ewropea

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli