Mogħdija tan-navigazzjoni

It-tmexxija tat-traffiku fl-ispazju diġitali - 25/08/2009

Żagħażugħ fuq il-kompjuter © Reporters

Il-Kummissjoni tappella għal taħdidiet internazzjonali dwar il-ġestjoni tat-traffiku tal-internet.

F'dawn l-aħħar 40 sena, l-internet evolva minn proġett tal-gvern tal-Istati Uniti f'netwerk ta' komunikazzjoni globali. Iżda hemm gwardjan wieħed biss li jmexxi t-traffiku, organizzazzjoni f'California msejħa ICANN.

ICANN English, li tfisser "Internet Corporation for Assigned Names and Numbers", hi entità bla skop ta' lukru li tissorvelja s-sistema tar-routing u s-sistema tal-indirizzi fl-ispazju diġitali. Stabbilita fl-1998, din topera fuq mandat tal-gverna tal-Istati Uniti. Għalkemm ICANN hi organizzazzjoni privata b'membri tal-bord internazzjonali, fl-aħħar mill-aħħar tirrispondi biss għal Washington.

Iktar minn darba l-Kummissjoni sejħet għal iktar superviżjoni internazzjonali tal-internet, bl-argument li l-ebda pajjiż waħdu ma jista' jkollu awtorità fuq parti tant vitali tal-ekonomija globali. Dan l-aħħar ġeddet l-appell tagħha, waqt li enfasizzat li l-kuntratt tal-ICANN mal-gvern tal-Istati Uniti jiskadi f'Settembru.

Il-Kummissarju tas-soċjetà tal-informazzjoni Viviane Reding qalet li l-ICANN qed toqrob lejn "punt storiku". "Se ssir organizzazzjoni indipendenti għal kollox, responsabbli għall-Komunità globali tal-internet?" Fost l-argumenti kontroversjali hemm il-kontroll tal-ismijiet tal-oqsma (domains) tal-kodiċi tal-pajjiżi bħal .uk, .fr u .eu.

F'dokument "Il-Governanza tal-Internet: il-passi li jmiss" English, il-Kummissjoni pproponiet li l-ICANN għandha titmexxa minn entitajiet privati "skont prinċipji maqbula minn awtoritajiet pubbliċi iżda mingħajr l-interferenza tal-gvern fl-operazzjonijiet ta' kuljum".

"Dan hu partikolarment rilevanti meta tqis li l-biljun utent li jmiss tal-internet se jiġu mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw," qalet il-Kummissjoni, waqt li sejħet għal taħdidiet internazzjonali dwar il-governanza tal-internet.

Il-kwistjoni saret iktar urġenti peress li l-ICANN biħsiebha żżid in-numru u t-tip ta' indirizzi tal-internet disponibbli. B'1.5 miljun persuna jużaw l-internet kuljum (300 miljun minnhom fl-UE biss), l-ICANN tinsab taħt pressjoni biex toffri numru ikbar ta' suffissi ta' oqsma bħal .com, .org u .net. Hemm ukoll domanda dejjem tikber għal indirizzi f'lingwi oħra minbarra l-Ingliż.

Kwistjonijiet oħra jinkludu s-sigurtà. Il-websajts Estonjani ġew attakkati mill-hackers f'Mejju 2007 matul tilwima diplomatika mar-Russja. L-ICANN qed tispera li tintroduċi sistema li tiċċertifika li l-kontenut tal-web ikun ġej tabilħaqq mis-sors dikjarat tiegħu.

Dokument tal-Kummissjoni - il-governanza tal-internet English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli