Mogħdija tan-navigazzjoni

Flimkien għar-riċerka - 13/07/2009

Mara taħdem f'laboratorju © EC

Imnedija sħubijiet ġodda pubbliki-privati biex jagħtu spinta fir-riċerka xjentifika li ilha rikonoxxuta bħala stimolu għat-tkabbir ekonomiku.

L-infiq fuq ir-riċerka u l-iżvilupp illum għandu jgħamel l-Ewropa aktar kompetittiva għada. Dak hu l-ħsieb wara l-pass tal-UE li tippromwovi l-investiment fl-R&D bħala parti mill-pjan ta' rkupru biex l-ekonomija Ewropea terġa' taqbad tiċċaqlaq.

Tliet sħubijiet pubbliċi-privati (PPPs) English ġodda għandhom jgħinu. Iffinanzjati 50% mill-UE u 50% mill-industrija, il-PPPs se jiffinanzjaw ir-riċerka fil-"fabbriki tal-futur" għas-settur tal-manifattura, "bini b'enerġija effiċjenti" għas-settur ta' kostruzzjoni u "karozzi li jibżgħu għall-ambjent" għas-settur tal-karozzi.

Dawn is-setturi ntgħażlu minħabba li huma affettwati partikolarment mill-kriżi u minħabba li r-R&D f'dawn l-oqsma tista' twassal għal teknoloġiji ambjentali u jgħinu biex l-ekonomija ssir aktar sostenibbli. Bejniethom, il-PPPs għandhom jieħdu total ta' €3.2 bn għall-R&D.

Il-kumpaniji jibbenefikaw meta jaħdmu mal-UE għax dawn ikunu jistgħu jgħidu tagħhom dwar il-prijoritajiet tar-riċerka strateġika. U baġit fiss għal numru ta' snin ifisser kontinwità u jippermettilhom jagħmlu pjanijiet ta' investiment fit-tul. Għall-UE, it-tqassim tal-ispejjeż mas-settur pubbliku jagħmel possibbli li jsiru ċerti proġetti ta' riċerka għaljin ħafna.

Fit-30 ta' Lulju, il-Kummissjoni se tniedi sejħa għall-offerti għal proġetti individwali f'kull PPP. Madwar 750 ruħ huma mistennija jattendu Jum iddedikat għall-informazzjoni tal-PPP English fit-13 ta' Lulju. Dan huwa maħsub biex jiżgura li kemm jista' jkun nies mill-komunità tar-Riċerka jkunu jafu dwar l-opportunitajiet offruti mill-PPPs.

Aktar tagħrif dwar ir-riċerka fl-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli