Mogħdija tan-navigazzjoni

Marki ogħla għall-innovazzjoni fl-UE - 22/01/2009

Riċerkatur b'siringa, ilaqqam pjanta  ©KE

L-UE ttejjeb il-prestazzjoni tagħha fir-riċerka.

Skont studju tal-UE, l-Ewropa qiegħda kull ma jmur tavviċina r-rivali ekonomiċi ewlenin tagħha - l-Istati Uniti u l-Ġappun - f'dik li hija prestazzjoni fl-innovazzjoni.

L-Iżvizzera hija fuq quddiem nett fl-innovazzjoni, segwita mill-Iżvezja, il-Finlandja, il-Ġermanja, id-Danimarka u r-Renju Unit. Dawn is-sitt pajjiżi għandhom punti ferm ogħla minn dawk ta' pajjiżi Ewropej oħra u mill-UE kollha kemm hi. Xi wħud mill-membri l-ġodda tal-UE wrew l-ogħla rati ta' titjib - speċjalment Ċipru, ir-Rumanija u l-Bulgarija - anke jekk il-prestazzjoni tagħhom baqgħet taħt il-medja tal-UE.

Ix-xejriet huma murija fit- tabella tal-punti Ewropea dwar l-innovazzjoni 2008 English . Dan l-istudju, li huwa msejjes fuq 'data' ta' qabel il-kriżi finanzjarja, juża 29 indikatur sabiex jimmarka l-livell ta' innovazzjoni ta' kull pajjiż - li huwa mutur essenzjali għat-tkabbir ekonomiku u għall-indirizzar ta' sfidi bħall-bidla fil-klima. L-indikaturi jinkludu kemm huma popolari l-lawrji fix-xjenza u l-inġinerija, in-numru ta' privattivi, il-livell ta' nfiq fuq ir-riċerka u l-iżvilupp (R&D), kemm huwa disponibbli l-kapital spekulattiv għan-negozji l-ġodda u s-saħħa tal-esportazzjoni tat-teknoloġija avvanzata.

L-UE għamlet passi ta' ġgant f'dan il-qasam meta wieħed iqabbel is-sitwazzjoni t'issa ma' dik ta' ħames snin ilu. Minkejja li għadha ma laħqitx il-livelli tal-Istati Uniti u l-Ġappun, id-distakk magħhom naqas, għalkemm mal-Istati Uniti, mhux b'rata daqshekk mgħaġġla bħal qabel. L-UE qatgħet figura relattivament tajba anke fil-kuntrast ma' l-ekonomiji emerġenti bħaċ-Ċina, l-Indja u l-Brażil.

Madankollu, għad baqa' ċerti dgħjufijiet. L-UE tinsab wara l-Istati Uniti fl-investiment tan-negozju u wara l-Ġappun fit-twassil tal-innovazzjoni fl-R&D u t-teknoloġija tal-informatika. Il-kumpaniji tal-UE, barra minn hekk, qed jonfqu inqas fuq l-innovazzjoni mhux teknoloġika bħat-taħriġ, id-disinn u l-marketing - li lkoll huma importanti biex wieħed jibqa' kompetittiv.

L-istudju ġie ppubblikat flimkien ma' rapport dwar il-progress tal-UE fl-investiment fir-Riċerka u l-Iżvilupp fl-UE u dwar l-isforzi sabiex tinħoloq żona tar-riċerka Ewropea DeutschEnglishfrançais. Dan juri li l-għadd ta' riċerkaturi fl-Ewropa qed jikber u li l-UE qed issir iktar attraenti għar-riċerkaturi barranin u għall-investimenti privati fir-Riċerka u l-Iżvilupp mill-Istati Uniti. Imma jiżvela wkoll li l-infiq fir-Riċerka u l-Iżvilupp staġna fil-livell ta' 1.84% tal-PGD, jiġifieri ferm 'l isfel mill-mira tal-UE ta' 3%.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli