Mogħdija tan-navigazzjoni

Ir-riċerkaturi Ewropej tal-lum u tal-futur - 26/09/2008

Stampa ta' xjentist f'minjatura, iħares minn ġo mikroskopju, imkabbar permezz ta' lenti

Il-Lejl tar-Riċerkaturi jagħti l-opportunità lix-xjentisti biex jispjegaw x'isir wara l-bibien tal-laboratorji.

Qatt qabdietek kurżità tkun taf kif issir il-birra? Timmaġina kif inhi magħmula l-qalba ta' reattur nukleari? It-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet u aktar se jingħatawlek fis-26 ta' Settembru meta x-xjentisti se joħorġu fit-toroq Ewropej biex ifakkru r-raba' Lejl Ewropew tar-Riċerkaturi English .

Din is-sena, madwar 200 belt f'27 pajjiż qed jipparteċipaw billi jiftħu l-bibien ta' laboratorji, mużewijiet, universitajiet u ċentri ta' riċerka għan-nies.

Ir-riċerkaturi f'Linz, l-Awstrija Deutsch se jispjegaw kif it-teknoloġija tista' ttejjeb l-għajxien ta' kuljum għal persuni b'diżabilità u juru kif nirreaġixxu għas-simboli ta' kariga u tipi differenti ta' mġieba. F'Milan, l-Italja Englishitaliano , ix-xjentisti juru r-relazzjoni bejn il-matimatika u l-futbol u jispjegaw kif il-ġisem jista' jerġa' jiġġenera ruħu, filwaqt li r-riċerkaturi fi Plzen, ir-Repubblika Ċeka čeština , se juru lill-viżitaturi kif jipproduċu l-birra u jgħerqu t-Titanic.

Filwaqt li xjentisti żgħażagħ ġew ippremjati għall-kisbiethom waqt il-konkors tal-UE għax-xjentisti żgħażagħ English . Ġurija analizzat 87 proġett magħmula minn studenti bejn l-14 u 21 sena minn 39 pajjiż. L- ogħla premijiet English ingħataw lil tliet studenti – mill-Polonja, is-Slovakkja u r-Renju Unit – għal xogħolhom fil-fiżika u l-ġeoloġija. Kull wieħed minnhom ingħata €7,000.

Ir-rebbieħ Slovakk Martin Tkáč ġabar iċ-ċekk għar-riċerka dwar kif il-prinċipju tal-gravità jista' jevita li jinqalbu l-ferroviji li jkollhom tgħobija tqila.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli