Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

Ippjanata sħubija bejn il-pajjiżi ta' l-UE intiża sabiex tagħmel l-Ewropa aktar attraenti għar-riċerkaturi.
Aktarx li l-Ewropa tipproduċi aktar lawreati fix-xjenza u l-inġenerija mill-Istati Uniti jew il-Ġappun, imma ma jirnexxilhiex iżżommhom fi ħdanha. Il-perċentwal miżeru ta' riċerkaturi lawreati fil-postijiet tax-xogħol huwa xi ħaġa ta' tħassib, speċjalment fil-kuntest ta' l-Ewropa li qed tipprova tiżviluppa l-ekonomija tagħha msejsa fuq l-għarfien.
Il-problemi ewlenin huma dawn:
Sabiex tindirizza din il-problema, l-UE qed tipproponi li taħdem fi sħubija mal-gvernijiet fi ħdanha sabiex jitħeġġeġ stil ta' reklutaġġ aktar miftuħ; kopertura tas-sigurtà soċjali u l-pensjonijiet akbar għar-riċerkaturi li jaħdmu barra minn pajjiżhom, kundizzjonijiet ta' l-impjiegi u tax-xogħol aħjar u aċċess akbar għat-taħriġ.
Il-Kummissarju ta' l-UE inkarigat mir-riċerka, is-Sur Potočnik, tkellem dwar il-viżjoni tiegħu tal-"ħames libertà" fl-Ewropa - il-"libertà ta' l-għarfien" - li tippermetti lill-istudenti, ix-xjenzati u l-akkademiċi jieħdu vantaġġ mis-suq tax-xogħol Ewropew minflok ma jkollhom ifittxu band'oħra jew jibdlu l-karriera tagħhom.
Id-dokument politiku tal-lum huwa wieħed minn ħames inizjattivi li segwew il-konsultazzjoni pubblika ta' l-2007 “Iż-Żona Ewropea tar-Riċerka: Perspettivi Ġodda
” li wriet li l-ħolqien ta' suq ta-xogħol attraenti għar-riċerkaturi madwar l-Ewropa kollha għandu jkun fost l-ogħla prijoritajiet. 'Il fuq minn 80% tar-rispondenti qalu li jaqblu ma' l-idea ta' sħubija bejn l-UE u l-gvernijiet fi ħdanha sabiex jiġi ggarantit l-użu kkoordinat, effiċjenti u koerenti tar-riżorsi u ta' l-istrumenti ġuridiċi u finanzjarji.