Mogħdija tan-navigazzjoni

Nagħtu ħasla lil min jabbuża mill-internet - 27/05/2008

Karikatura ta' raġel qed juża l-kompjuter

Tħassib dwar is-sigurtà tad-data personali hekk kif jespandi l-kummerċ bl-internet

Hekk kif ix-xiri onlajn, l-użu bankarju elettroniku u n-netwerking soċjali saru attivitajiet ta' rutina għal bosta minna, it-tħassib dwar il-kriminalità fuq l-internet qed jiżdied. L-UE qed tikkunsidra l-modi li jgħinu sabiex tinżamm il-kunfidenza tal-konsumaturi fil-web.

Kulħadd jista' jisfa vittma. Ilkoll kemm aħna rċivejna xi spam, jew qrajna dwar attakki elettroniċi kbar fuq il-gvernijiet. Fl-Ewropa, il-kriminali ta' l-internet qed jużaw madwar 6 miljun kompjuter li nħattfu minnhom sabiex iwettqu l-frodi kontra ħaddieħor u jxerrdu l-ispam. 4% biss ta' din l-ispam fil-fatt jaslu fil-kaxxi ta' l-ittri tagħna, imma dan iseħħ peress li jintefqu flejjes kbar fuq id-difiża kontra l-ispam.

Sabiex in-negozji ż-żgħar Ewropej imorru tajjeb, jeħtieġilhom li jkunu jistgħu jserrħu fuq sistemi tad-data li jżommu l-informazzjoni tagħhom fis-sigurtà. Il-kumpaniji li jinnegozjaw bejn pajjiż u ieħor għandhom bżonn ta' teknoloġija sigura u aġġornata sabiex iħeġġu l-kunfidenza fil-konsumaturi onlajn. In-negozji ż-żgħar Ewropej jgħoddu madwar żewġ terzi ta' l-impjiegi fis-settur privat. Jekk in-negozji jkunu kunfidenti u siguri, l-ekonomija tmur tajjeb ukoll.

L-UE tagħraf kemm huwa vitali li tiġi ffaċċjata il-kriminalità fuq l-internet DeutschEnglishfrançais għas-sigurtà tal-konsumaturi – il-pajjiżi jeħtieġilhom jaħdmu id f'id, u jinvestu kemm flus kif ukoll il-kapaċitajiet tagħhom għal dan il-għan. Is-sitwazzjoni hija kumplessa peress li l-livelli ta' protezzjoni provduti f'pajjiżi differenti għadhom ivarjaw ferm.

L-Aġenzija Ewropea għas-sigurtà ta' l-informazzjoni u n-netwerks English (ENISA), tisħaq li l-pajjiżi ta' l-UE jeħtieġilhom jaħdmu ħafna aktar sabiex jgħelbu l-kriminalità u l-frodi elettroniċi.

Din mhix xi ħaġa b'kapriċċ, issostni l-aġenzija ta' l-UE, għax il-frodi jafu jammontaw għal xi €100m fis-sena (2006). L-Ewropa ma tistax allura tippermetti li titlef din il-battalja.

Suġġeriment għan-negozji ż-żgħar English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli