Mogħdija tan-navigazzjoni

Naqsmu l-għarfien bejnietna ħalli nqawwu n-negozju - 10/04/2008

Xjenzata teżamina kampjuni tad-demm

L-UE ssejjaħ lill-Membri tagħha sabiex jikkapitalizzaw fuq ir-riżultati tar-riċerka u tipproponi strateġija komuni.

Ir-riċerkaturi Ewropej jippubblikaw dokumenti ta' riċerka daqs il-kollegi tagħhom Amerikani, iżda jaqgħu ferm warajhom meta jiġu għall-invenzjonijiet, il-privattivi, l-arranġamenti għal-liċenzjar u l-applikazzjonijiet prattiċi.

L-Universitajiet u l-entitajiet l-oħra tar-riċerka jeħtieġilhom itejbu l-andament ta' xi jsir minn dak li jiskopru, sabiex, fi kliem il-Kummissarju inkarigat mill-intrapriża u l-Industrija Günter Verheugen, "nittraduċu r-riċerka xjentifika fi prodotti u servizzi ġodda, li joħolqu impjiegi u industriji ġodda."

Ir-riċerkaturi jeħtieġilhom imexxu u jaqsmu bejniethom il-proprjetà intellettwali DeutschEnglishfrançais tagħhom, tisħaq l-UE. Flok ma jitqies inkompatibbli mal-miri edukattivi u ta' riċerka tagħhom, dan kapaċi jħeġġeġ aktar investiment u jservi ta' kalamita għall-istudenti u x-xjenzati.

Il-Kummissjoni ta' l-UE pproduċiet ġabra ta' prinċipji regolatorji komuniDeutschEnglishfrançais sabiex tgħin lill-pajjiżi membri jsolvu d-differenzi fir-regoli li jipproteġu r-riżultati tar-riċerka. U qiegħda tipproponi kodiċi ta' prattika għall-organizzazzjonijiet tar-riċerka, sabiex tiggwidahom fit-tfassil tal-politika.

Dan l-aħħar, il-pajjiżi ta' l-UE stinkaw sabiex iħeġġu t-trasferiment u l-qsim ta' l-għarfien. Dan għamluh, fost affarijiet oħra, billi bidlu xi liġijiet u fasslu linjigwida ġodda - iżda bosta drabi fuq skala purament nazzjonali. Sabiex l-UE taħsad il-benefiċċji ekonomiċi kollha tar-riċerka xjentifika, jeħtieġ ikun hemm strateġija komuni madwar l-Ewropa kollha.

Xi eżempji ta' riċerka Ewropea danskDeutschEnglishελληνικάespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli