Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodda ġdida għar-riċerka - 14/01/2008

Ritratt minn "The Lord of the Rings"

Biex tistimola l-kompetittività fl-Ewropa, l-UE qed tħeġġeġ is-sħubija bejn is-settur privat u dak pubbliku kif ukoll ħolqot żewġ aġenziji ġodda biex jipprovdu kemm jista’ jkun appoġġ għar-riċerkaturi.

X’għandhom bħal xulxin il-films "Casino Royale", "The Da Vinci Code", it-triloġija ta’ "The Lord of the Rings", "Batman begins", "King Kong", "Superman returns" u "X-Men 3"?  Kollha kemm huma għandhom effetti speċjali mill-aqwa maħluqa permezz tas-softwer Furnace English li ġie żviluppat minn erba’ speċjalisti Ewropej u li rebaħ l-Oscar English . Imma dan ma kienx ikun possibbli mingħajr il-finanzjament mill-programm ta’ qafas ta’ riċerka FP7 English ta’ l-UE, u b’mod partikolari l-azzjonijiet Marie Curie English , immirati lejn it-titjib tat-taħriġ u l-faċilitazzjoni akbar tal-mobbiltà għar-riċerkaturi tul il-karriera tagħhom.

Fl-14 ta’ Jannar, it-tim ta’ Furnace għaqqad atturi ewlenin mis-settur privat u dak pubbliku biex jitħaddtu dwar is-sħubija bejn in-negozji u l-universitajiet f’konferenza DeutschEnglishespañolfrançaisitaliano fi Brussell dwar l-azzjonijiet Marie Curie. Hekk kif irrealizzat kemm hija kruċjali din it-tip ta’ sħubija għall-kompetittività Ewropea, il-Kummissjoni nediet sejħa għall-proposti English ġdida.

Waqqfet ukoll aġenzija eżekuttiva għar-riċerka English biex tmexxi aspetti varji ta’ l-FP7, inklużi l-għotjiet Marie Curie, ir-riċerka li tibbenefika lin-negozji ż-żgħar u xi attivitajiet relatati ma' l-ispazju u s-sigurtà. Biex inkunu żguri li r-riċerkaturi jkollhom l-aqwa appoġġ li jistħoqilhom, hemm aġenzija oħra - il-kunsill Ewropew għar-riċerka English - li se tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm Ideas danskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska biex jistimola r-riċerka esplorattiva.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli