Mogħdija tan-navigazzjoni

Aħbarijiet tajba għal min juża l-internet! - 10/01/2008

Anzjana tomgħod iċ-chewing gum f'park b'laptop u par headphones

L-istrateġija l-ġdida ta' l-UE għandha twassal għal aċċess aktar faċli, estensiv u veloċi għall-mużika, il-films u l-logħob permezz ta' l-internet u l-mowbajls.

Il-kontenut multimedjali sar negozju kbir - id-dħul mill-kontenut onlajn huwa mistenni li jiżdied b'aktar minn erba' darbiet (minn €1.8bn fl-2005 sa €8.3bn fl-2010). Jekk l-Ewropa verament trid tiggwadanja mill-potenzjal ta' l-industrija tal-kontenut onlajn, dawk li joħolqu l-kontenut jeħtieġ li jitħallsu b'mod ġust, filwaqt li jinħass il-bżonn li jkun hemm aktar ċertezza u li l-konsumaturi jkollhom aktar għażla. L-UE adottat strateġija ġdida sabiex tindirizza dawn il-kwistjonijiet.

"Fl-Ewropa, jeħtieġilna nagħmlu għażla", stqarriet il-Kummissarju inkarigata mis-soċjetà ta' l-informazzjoni u l-mezzi tal-komunikazzjoni Viviane Reding, "irridu li jkollna industrija tal-films, tal-mużika u tal-logħob elettroniku b'saħħitha?"  Bi tweġiba qawwija 'iva', l-UE qed tikkonċentra fuq erba' oqsma ta' azzjoni English :

  • id-disponibbiltà tal-kontenut kreattiv – tħeġġiġ lid-distributuri sabiex ipoġġu aktar kontenut onlajn.
  • liċenzji tad-dritt ta' l-awtur multi-territorjali – titjib tal-liċenzjar eżistenti u l-promozzjoni tal-benefiċċji kummerċjali tal-liċenzji multi-territorjali għad-detenturi tad-drittijiet.
  • sistemi amministrattivi għad-drittijiet diġitali – żieda fit-trasparenza sabiex il-konsumaturi jiġu informati kif jixraq dwar kwalunkwe restrizzjonijiet ta' l-użu applikati għall-kontenut li jniżżlu mill-internet.
  • offerti legali u l-piraterija – azzjoni kontra min itella' jew iniżżel mill-internet bla awtorizzazzjoni kontenut kopert bid-dritt ta' l-awtur, kontra l-piraterija u l-qsim ta' fajls bla permess bejn persuni differenti.

Sa nofs l-2008 għandha titlesta proposta, li tissuġerixxi kif jista' jinħoloq suq waħdieni għall-kontenut onlajn bla ma jiġu mimsusa d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Qed ikun hemm pjattaforma onlajn għad-dispożizzjoini ta' l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi li se ddum miftuħa sad-29 ta' Frar. Hawnhekk, dawn huma mħeġġa jieħdu sehem attiv fid-dibattitu.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli