Mogħdija tan-navigazzjoni

Niffurmaw il-ġejjieni tal-bliet tal-Ewropa - 30/07/2014

Vista tal-belt ta’ Stokkolma © EU

Kif tista’ l-politika tal-UE taqdi bl-aħjar mod l-ħtiġijiet tal-bliet? L-UE trid tisma’ l-ideat tiegħek.

L-ibliet għandhom sehem ewlieni biex jintlaħqu l-isfidi ekonomiċi, soċjali u ambjentali li qed taffaċċja l-Ewropa. L-aġenda urbana ppjanata tal-UE għandha l-għan li tiżgura li l-politiki Ewropej u nazzjonali jappoġġawhom f’dan.

L-UE qed torganizza konsultazzjoni pubblika English dwar l-aġenda urbana sabiex il-partijiet interessati - inklużi l-awtroritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali - jkunu jistgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar l-għanijiet u kif din tista' tiffunzjona. Dan il-proċess ta' konsultazzjoni se jintemm fl-26 ta' Settembru 2014.

Madwar 70% miċ-ċittadini tal-UE jgħixu f'żoni urbani, u din iċ-ċifra għandha titla' għal 80% sal-2050. Minħabba li 'l fuq minn żewġ terzi tal-politiki u leġiżlazzjoni tal-UE jaffettwaw l-ibliet, qed ikun hemm aktar sejħiet għal metodu konġunt biex jitressqu flimkien livelli differenti ta' governanza. Dan jippermetti ppjanar strateġiku li jsir tul il-fruntieri amministrattivi.

L-UE, għaliex teħtieġ aġenda urbana?

Li l-politiki tal-UE jkunu aktar risponsivi għall-ħtiġijiet tal-ibliet huwa kruċjali biex nilħqu l-għanijiet ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020 - dwar kwistjonijiet bħall-qgħad, l-azzjoni klimatika u l-inklużjoni soċjali.

Iż-żewġ għanijiet ewlenin tal-aġenda urbana s’issa huma:

  • koordinazzjoni u koerenza aħjar tal-politiki tal-UE biex dawn jirriflettu l-bżonnijiet tal-ibliet
  • involviment aktar qawwi u dirett tal-bliet fit-tfassil tal-politika tal-UE.

Id-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-enfasi

L-aġenda urbana għandha tirrifletti l-għanijiet ġenerali tal-UE u trid tikkomplementa l-politiki nazzjonali. Il-Forum reċenti ta' CITIES English wera b'mod ċar li r-regoli ġodda tal-UE ma kinux is-soluzzjoni ppreferuta.

L-aġenda urbana għandha tipprovdi metodu ta' ħidma għall-ittrattar tal-isfidi ewlenin li qed iħabbtu wiċċhom magħhom bliet Ewropej, u tippromwovi skambji tal-aħjar prattiki għall-iżvilupp ta' bliet u reġjuni metropolitani.

Stqarrija għall-istampa - it-tfassil ta’ aġenda urbana futura tal-UE

Mistoqsija u Tweġiba - L-aġenda urbana u d-dimensjoni urbana tal-politiki tal-UE English

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - id-dimensjoni urbana tal-politiki tal-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli