Mogħdija tan-navigazzjoni

Ħarsa lejn l-aqwa proġetti reġjonali - 01/02/2013

Il-premji RegioStars jirrikonoxxu proġetti reġjonali li jispikkaw iffinanzjati mill-UE.

Il-5 rebbieħa juru innovazzjoni fit-trawwim tat-tkabbir ekonomiku intelliġenti u sostenibbli li jgawdu minnha n-nies, l-ambjent u l-ekonomija.

Dawn huma fost mijiet ta' eluf ta' proġetti li jirċievu fondi tal-UE għall-iżvilupp reġjonali. Ir-RegioStars tal-2013 Englishfrançais f'kull kategorija huma:

UPTEC Englishfrançaisportuguês , tkabbir inelliġenti – il-park tax-xjenza u t-teknoloġija tal-Università ta' Porto s'issa għen 110 impriżi, inklużi 95 start-ups, 5 kumpaniji kbar u 5 ċentri privati għall-innovazzjoni. Inħolqu madwar 800 impjieg għall-gradwati, li jikkontribwixxu għal tkabbir ekonomiku sod fir-reġjun.

Enworks Englishfrançais , tkabbir sostenibbli – is-servizz ta' sostenn ambjentali jgħin lin-negozji ż-żgħar fil-Majjistral tal-Ingilterra biex isiru aktar effiċjenti fir-riżorsi. Dan wassal biex il-kumpaniji rnexxilhom ifaddlu €95 miljun. It-titjib fil-qasam ambjentali ħoloq jew ipproteġa madwar 960 impjieg.

Individual employment paths Englishfrançaispolski , tkabbir inklużiv – il-proġett Pollakk f'Elblag jipprovdi kowċijiet professjonali għall-persuni li ilhom bla xogħol żmien twil li għandhom 45 sena u aktar. Madwar 80% minnhom sabu xogħol u grazzi għal sostenn kontinwu 9 minn 10 kienu għadhom impjegati 15-il xahar wara.

Neighbourhood Management Berlin DeutschEnglishfrançais , żoni urbani soċjalment żvantaġġati (CityStar) – il-proġett introduċa entitajiet governattivi f'distretti soċjalment żvantaġġati f'Berlin, biex ir-residenti lokali jipparteċipaw aktar fi programmi li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom.

Towards Work Englishlietuvių kalba , informazzjoni lill-pubbliku – il-proġett Litwan mexxa serje ta' filmati qosra fuq l-istazzjonijiet televiżivi li jisfidaw l-attitudnijiet lejn it-torox. Ġew stabbiliti ċentri tal-impjieg pilota biex jgħinu lill-persuni nieqsa mis-smigħ isibu xogħol. Dan wassal biex 2 minn 3 rnexxilhom isibu xogħol.

Ir-reġjuni bagħtu madwar 149 proġett għall-premji ta' din is-sena. Ir-rebbieħa rċevew il-premjijiet tagħhom fil-31 ta' Jannar f'ċerimonja fi Brussell.

L-applikazzjonijiet għall-premjijiet tal-2014 Englishfrançais għandhom jintbagħtu sad-19 ta' April 2013. Il-finalisti se jippreżentaw il-proġetti tagħhom quddiem ġurija indipendenti matul il-konferenza annwali English tal-UE għar-rappreżentanti mill-gvernijiet lokali u reġjonali (7-10 ta' Ottubru).

Iktar informazzjoni dwar il-politika reġjonali tal-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli