Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni
Rappreżentanti reġjonali u lokali tal-UE jaqsmu ħsibijiet dwar l-aħjar modi biex ikattru l-kompetittività, it-tkabbir u l-impjiegi matul il-laqgħa annwali tagħhom fi Brussell mit-8 sal-11 ta' Ottubru.
L-10 edizzjoni tal-Ġranet Miftuħa - Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Ibliet
, l-ikbar avveniment annwali fid-dinja dwar il-politika reġjonali u urbana, se jlaqqa' flimkien xi 6,000 rappreżentant elett minn madwar l-Ewropa.
Dawn se jkunu qed jistudjaw modi kif jappoġġjaw l-Ewropa biex toħorġ mill-kriżi ekonomika u se jistabbilixxu l-prijoritajiet għall-finanzjament tal-UE għar-reġjuni fil-ġejjieni. Dawn il-fondi jgħinu r-reġjuni inqas żviluppati biex jimmodernizzaw ruħhom, hekk kif l-UE twieġeb għall-isfidi ta' ekonomija dinjija globalizzata.
Pereżempju, il-programmi tal-UE ppermettew lill-intrapriżi joħolqu 450,000 impjieg mill-2007 s'issa, ipprovdew aċċess għall-finanzi għal mill-inqas 56,000 negozju żgħir u għenu 460,000 żagħżugħ li qegħdin ifittxu xogħol.
Se jiġu diskussi proposti tal-Kummissjoni biex is-sensiela li jmiss ta' finanzjament reġjonali (2014-2020) isir aktar effettiv biex jilħaq l-għanijiet fit-tul ta' Ewropa 2020, l-istrateġija tal-UE għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.
Is-suġġetti jinkludu:
Avvenimenti madwar l-Ewropa
Barra Brussell, qed isiru iktar minn 350 avveniment relatati
madwar l-UE u 11-il pajjiż ieħor, inkluż il-Bożnja Ħerzegovina, il-Kroazja, l-Islanda, il-Montenegro, in-Norveġja, is-Serbja, l-Isvizzera u t-Turkija. Dawn jinkludu konferenzi, avvenimenti kulturali, festivals u wirjiet.
F'Għawdex, se jittella' programm fuq ir-radju lokali, bil-parteċipazzjoni tad-Direttur ta' Eco-Gozo u s-CEO tal-Assoċjazzjoni Għawdija għat-Turiżmu, fejn se jiġi diskuss il-proġett ICER, kofinanzjat mill-UE għal infrastruttura turistika sostenibbli.
F'Belfast, ir-Renju Unit se jsiru fiera u wirja bejn is-16 u s-17 ta' Ottubru li jippromwovu opportunitajiet għax-xogħol, l-għajxien, l-ivvjaġġar, il-volontarjat u l-istudju f'pajjiż Ewropew ieħor.
F'Kilkenny, l-Irlanda se jittella'seminar ![]()
fis-16 ta' Novembru li janalizza modi biex jittejjeb l-impatt ta’ finanzjamenti futuri tal-UE.
Il-Ġranet Miftuħa 2012 huwa organizzati mill-Kummissjoni u l-Kumitat tar-Reġjuni ![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
, l-entità tal-UE li permezz tagħha il-gvernijiet reġjonali u lokali jkollhom vuċi fil-politiki tal-UE.
Segwi l-ġimgħa tar-reġjuni u l-ibliet f'xandira diretta