Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni
L-UE tirrikonoxxi l-aktar proġetti reġjonali oriġinali u innovattivi – il-premjijiet RegioStars 2012.
Il-ħidma ta' organizzazzjoni li tagħti spinta lit-teknoloġija favur l-ambjent u proġett kollaborattiv li jipprovdi appoġġ għal persuni anzjani li jgħixu f'żoni rurali huma fost il-5 rebbieħa tal-premjijiet RegioStars ![]()
ta' din is-sena.
Dawn huma biss wħud mill-mijiet ta' eluf ta' proġetti li bbenefikaw mill-fondi għall-iżvilupp reġjonali tal-UE. Ir-rebbieħa minn kull kategorija huma:
Eco World Styria ![]()
, tkabbir intelliġenti – in-netwerk żied l-għadd ta' kumpaniji ta' teknoloġija ekoloġika fir-reġjun ta' Styria fl-Awstrija u qed jaħdem biex jiżgura li dan il-cluster ta' madwar 180 kumpanija jsir ċentru globali għall-eko-innovazzjoni. Mill-bidu tal-proġett, cleantech iġġenera 5 000 impjieg ġdid.
GRaBS
, tkabbir sostenibbli – 14-il imsieħeb minn tmien pajjiżi tal-UE qed jgħinu lill-awtoritajiet reġjonali jadattaw żviluppi urbani eżistenti u ġodda biex jifilħu għall-kundizzjonijiet meteoroloġiċi estremi minħabba t-tibdil fil-klima.
L-anzjani għall-anzjani
, tkabbir inklużiv – l-awtoritajiet reġjonali fil-Finlandja, Greenland, l-Irlanda ta' fuq, l-Iskozja u l-Isvezja ħadmu mal-anzjani biex jidentifikaw modi alternattivi biex jipprovdu s-servizzi ta' appoġġ li jeħtieġu fil-komunitajiet rurali.
Ix-Xlokk ta' Malmö
, l-iżvilupp ta' żoni urbani żvantaġġati – il-proġett Svediż ħoloq partenarjati mar-residenti, il-proprjetarji u s-sidien tan-negozji f'erba distretti fix-Xlokk ta' Malmö fejn hemm livell għoli ta' qgħad.
Podlaskie Voivodeship ![]()
, informazzjoni lill-pubbliku – dan ir-reġjun Pollakk żviluppa websajt bil-Pollakk u bl-Ingliż b'informazzjoni dettaljata dwar l-investimenti u l-benefiċjarji tal-programmi tal-UE.
Ir-rebbieħa rċevew il-premjijiet tagħhom il-bieraħ lejlet il-konferenza annwali
tal-UE għar-rappreżentanti mill-gvernijiet lokali u reġjonali.
Ir-reġjuni bagħtu madwar 107 proġetti għall-premji ta' din is-sena. Il-proġetti kollha rċevew appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) jew mill-fond ta' koeżjoni.