Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

Ir-rappreżentanti lokali u reġjonali tal-UE se jiltaqgħu fi Brussell bejn l-10 u t-13 ta' Ottubru biex jaqsmu l-ideat dwar kif jistgħu jagħtu spinta lill-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.
L-avveniment annwali għall-iżvilupp reġjonali
jgħaqqad 6,000 rappreżentant elett minn iktar minn 200 belt u reġjun madwar l-Ewropa.
Din is-sena, il-parteċipanti se jiddiskutu l-futur tal-politika reġjonali tal-UE u l-proposti
tal-Kummissjoni biex il-fondi jsiru iktar effettivi għall-baġit 2014-20.
Se jiffukaw fuq x'kontributi jistgħu jagħtu r-reġjuni għall-istrateġija tal-UE għall-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku, li hi kruċjali biex l-Ewropa terġa' tqum fuq saqajha.
Is-suġġetti jinkludu:
Fl-istess ħin, il-bliet u r-reġjuni se jorganizzaw 250 avveniment
sal-aħħar ta' Novembru fejn se juru l-kontribut tagħhom għal Ewropa b'ekonomija iktar b'saħħitha. Dawn jinkludu konferenzi, avvenimenti kulturali, festivals u wirjiet.
Ngħidu aħna, Galway, fl-Irlanda, se torganizza konferenza fil-21 ta' Ottubru biex tipproponi modi lill-awtoritajiet lokali kif jistgħu jużaw ir-riżorsi ta' mal-kosta b'mod iktar sostenibbli għall-iżvilupp ekonomiku.
U Aberdeen, fl-Iskozja, se ttella' laqgħa fl-24 ta' Ottubru dwar pjanijiet biex il-pajjiżi tal-Baħar tat-Tramuntana jiġu konnessi ma' netwerk speċjali tal-elettriku. In-netwerk għandu jgħin lill-UE tilħaq l-għan li toħloq suq uniku għall-elettriku filwaqt li tipprovdi provvista tal-enerġija iktar stabbli.
L-Open Days 2011 huma organizzati mill-Kummissjoni u mill-Kumitat tar-Reġjuni, l-entità tal-UE li tagħti leħen lill-gvernijiet reġjonali u lokali dwar il-politiki tal-UE.
Segwi l-ġimgħa tar-reġjuni u l-ibliet f'xandira diretta