Mogħdija tan-navigazzjoni

Attenzjoni fuq ir-reġjuni - 01/02/2011

L-UE biħsieba tiffoka l-fondi għall-iżvilupp reġjonali fuq il-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbar ekonomiku sostenibbli. Dawk li jfasslu l-politika ltaqgħu fi Brussell mill-31 ta' Jannar sal-1 ta' Frar biex jiddibattu l-bidliet.

L-UE hi waħda mill-iktar ekonomiji sinjuri fid-diinja, iżda għad hemm differenzi kbar bejn reġjun u ieħor. Kwart tar-reġjuni għandhom prodott gross domestiku r-ras inqas minn 75% tal-medja.

It-tnaqqis ta' dawn id-differenzi huwa importanti biex tkompli l-prosperità tal-UE - speċjalment fil-klima ekonomika ħarxa ta' bħalissa. Il-fondi reġjonali tal-UE jgħinu r-reġjuni inqas żviluppati biex jimmodernizzaw hekk kif l-UE twieġeb għall-isfidi ta' ekonomija dinjija globalizzata.

Madwar €350 biljun huma disponibbli fis-seba' snin sal-2013. Il-fondi jintużaw biex jikkofinanzjaw proġetti mal-gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali tal-UE.

S'issa dawn il-fondi ħolqu 1.4 miljun impjieg, għinu 34 miljun ruħ biex isibu xogħol, u aġġornaw il-kapaċitajiet ta' 36 miljun oħra, skont rapport ta' Novembru 2010. Tingħata importanza lit-taħriġ tal-kapaċitajiet - speċjalment għall-gruppi vulnerabbli - u lill-infrastruttura, bħal proġetti marbuta mat-toroq, il-ferroviji u t-trattament tal-ilma.

Forum dwar il-Koeżjoni

Hekk kif il-perjodu ta' fondi qed jagħlaq, 800 rapreżentant mill-gvernijiet nazzonali, reġjonali u lokali ltaqgħu fi Brussell għal Forum dwar il-Koeżjoni English , biex jiddiskutu kif il-fondi jistgħu jilħqu aħjar il-ħtiġijiet tar-reġjuni.

L-UE trid tiffoka l-fondi li ġejjin fuq l-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku - skont l-istrateġija Ewropa 2020 English .

Id-dibattitu iffoka fuq l-isforz tal-istrateġija biex tiżviluppa t-tkabbir ekonomiku sostenibbli li hu iktar intelliġenti, iktar favur l-ambjent u iktar inklussiv. Sar fi żmien biex jagħti ċans lill-pajjiżi membri u r-reġjuni jagħtu l-opinjoni tagħhom qabel ma l-Kummissjoni tippreżenta l-ewwel proposti leġiżlattivi tagħha dwar l-iffinanzjar li jmiss tal-koeżjoni, sa dan is-sajf.

Ċerti reġjuni diġà qed jużaw il-fondi b'suċċess skont l-istrateġija Ewropa 2020. Eżempji jinkludu l-Litwanja, Wales u Bradenburg fil-Ġermanja, li huma fost dawk magħżula għall-premijiet annwali tal-UE RegioStars Englishfrançais .

Eżempji oħra u każistika tal-aħjar prattika huma disponibbli fil-bażi ta' dejta onlajn tal-UE tat-tagħlim dwar il-politika DeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski

Iktar dwar il-politika reġjonali DeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski
Ir-rebbieħa tas-sena l-oħra

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli