Mogħdija tan-navigazzjoni

Strateġija biex jiġi żviluppat ir-reġjun tad-Danubju - 09/12/2010

Il-pont Maria Valeria li jaqsam ix-xmara tad-Danubju © EU

Pjanijiet ġodda biex jiġi żviluppat il-potenzjal ekonomiku, jittejjeb l-ambjent u tiżdied is-sigurtà.

B'popolazzjoni ta' 100m ruħ u f'żona li tinkludi partijiet minn 14-il pajjiż, inklużi tmien membri tal-UE, ir-reġjun tad-Danubju jinkludi wħud mill-ifqar partijiet tal-Ewropa - u wħud mill-aktar għonja.

L-istrateġija għar-reġjun tad-Danubju English tħeġġeġ il-kooperazzjoni fit-tul biex jiġu indirizzati bosta problemi lokali, jikber l-iżvilupp ekonomiku, jitjiebu l-konnessjonijiet tat-trasport u l-enerġija, jitħares l-ambjent, u tissaħħah is-sigurtà.

  • Żvilupp ekonomiku - iż-żieda tal-investiment fl-edukazzjoni u r-riċerka hija maħsuba biex tibbilanċja d-differenzi fl-iżvilupp ekonomiku u l-livell tal-għajxien.
  • Trasport - hemm għan li jiżdied it-trasport tal-merkanzija fid-Danubju b'20% sal-2020. Attwalment il-flotta navali xejn żagħżugħa hija biss 10-20% tat-trasport fuq ir-Rhine. Għandu jkun hemm enfasi fuq l-iżvilupp tat-toroq u l-linji ferrovjarji.
  • Enerġija - il-konnessjoni tas-swieq tal-enerġija fir-reġjun għandha tevita li jerġa' jkun hemm skarsità tal-elettriċità u tal-fjuwil. Iż-żieda fil-kompetizzjoni għandha twassal ukoll għal tnaqqis fil-prezzijiet.
  • Ambjent - impjanti ġodda tal-ippurifikar tal-ilma għandhom itejbu l-kwalità tal-ilma u jnaqqsu t-tniġġis mid-dranaġġ u l-fertilizzant li jfuru għal ġox-xmara. L-istrateġija tinkludi proġetti li jippromwovu l-eko-teknoloġiji u l-bijodiversità.
  • Sigurtà - il-proġetti jinkludu iż-żieda fil-kapaċità tar-reġjun li jindirizza l-kriminalità organizzata u t-tneħħija tal-mini tal-art li tpoġġew waqt kunflitti reċenti.

Għalkemm ma hemm ippjanat l-ebda finanzjament ġdid, il-Kummissjoni għandha l-għan li tuża l-fondi attwali effettivament. Dan jinkludi l-€100 biljun disponibbli mill-fond għall-iżvilupp reġjonali tal-UE. L-istrateġija x'aktarx tkun approvata mill-gvernijiet tal-UE fl-ewwel nofs tal-2011.

Il-pajjiżi tal-UE fir-reġjun tad-Danubju huma l-Ġermanja, l-Awstrija, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Slovakka, is-Slovenja, il-Bulgarija u l-Rumanija.

Iktar dwar il-politika reġjonali tal-UE DeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli