Mogħdija tan-navigazzjoni

L-ibliet u r-reġjuni jiġbru ideat għat-tkabbir ekonomiku - Ġranet Miftuħin 2010 - 04/10/2010

Rappreżentanti mill-gvernijiet lokali u reġjonali se jiltaqgħu din il-ġimgħa fi Brussell biex jiddiskutu kif jistgħu jaħdmu flimkien biex jagħtu spinta lill-kompetittività Ewropea, skont l-istrateġija Ewropa 2020.

L-avveniment iġib flimkien 6 000 rappreżentant elett minn madwar 240 reġjun u belt. Din is-sena, il-parteċipanti se jiffokaw fuq ir-rwol tar-reġjuni u l-ibliet fit-twettiq ta' Ewropa 2020 DeutschEnglishfrançais , il-pjan tal-UE għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi.

Kwistjoni taħraq oħra għall-mexxejja ċiviki u reġjonali se tkun ir-reġjuni inqas għanja tal-Ewropa - u kif dawn jistgħu jilħqu lill-oħrajn bl-għajnuna mill-programmi ta' fondi tal-UE li huma mfassla biex jgħinuhom. Il-programm jipprovdi appoġġ għal proġetti ta' infrastruttura, bħat-titjib fit-trasport pubbliku, u għall-edukazzjoni u t-taħriġ għall-impiegi, b'mod speċjali għall-membri iktar ġodda tal-UE.

Din il-ġimgħa se jiġi mniedi wkoll ir-RegioNetwork 2020, forum onlajn li għandu jgħin lill-ibliet u r-reġjuni jikkooperaw u jaqsmu l-informazzjoni.

Il-laqgħat fi Brussell huma l-avveniment prinċipali tal-Ġranet Miftuħin Ewropej 2010, li jfissru madwar 260 avveniment lokali English - konferenzi, avvenimenti kulturali, fieri u wiriet - li qed isiru bejn Settembru u Novembru madwar l-Ewropa.

Pereżempju Grenoble, fi Franza, se torganizza seminar fis-16 ta' Ottubru biex teżamina l-opinjonijiet tal-pubbliku dwar il-pjan futur tat-trasport urban tagħha. Is-seminar għandu l-għan li jiddeskrivi ftit mill-aħjar eżempji ta' prattiċi tat-trasport urban minn madwar l-Ewropa biex iwessa' d-dibattitu.

Fi Gloucester, fir-Renju Unit, sessjoni ta' ħidma fid-19 ta' Ottubru se tagħti ideat lin-negozji lokali fuq kif ifaddlu l-enerġija u dwar l-aħħar teknoloġiji ambjentali. Il-kelliema se jitkellmu wkoll dwar inizjattivi ffinanzjati mill-UE dwar l-effiċjenza tal-enerġija.

Il-Ġranet Miftuħin fi Brussell huma organizzata mill-Kummissjoni u l-Kumitat tar-Reġjuni, l-entità tal-UE li tagħti leħen lill-gvernijiet reġjonali u lokali.

Segwi il-Ġranet Miftuħin 2010 f'xandira diretta English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli