Mogħdija tan-navigazzjoni

Niffukaw fuq ir-reġjuni - 21/05/2010

It-trofew tal-kristall RegioStars © UE

Premju RegioStars: l-UE tippremja l-iktar proġetti reġjonali oriġinali u innovattivi.

Istitut Żvediż ta' mikrofinanzjament li jgħin lill-immigranti nisa jwaqqfu l-impriża tagħhom u proġett Ġermaniż ta' telemediċina huma biss tnejn mis-sitt rebbieħa tal-edizzjoni tal-2010 tal-kompetizzjoni RegioStars. Ir-rebbieħa rċevew trofew tal-kristall mingħand Johannes Hahn, il-Kummissarju għall-politika reġjonali (Ara l-lista sħiħa tar-rebbieħa DeutschEnglishfrançaislietuvių kalbaNederlandsslovenščinasuomisvenska ).

Mill-2008, il-premju annwali RegioStars jirrikonoxxi l-aqwa proġetti ffinanzjati mill-politika reġjonali tal-Unjoni Ewropea, maħsuba biex tnaqqas id-differenzi fl-iżvilupp fl-UE. Ir-reġjuni kollha tal-UE huma mistiedna jissottomettu proġetti kkofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, il-Fond Soċjali Ewropew jew il-Fond ta' Koeżjoni. Din is-sena daħlu 87 proġett fil-kompetizzjoni.

Bejn l-2007 u l-2013, l-UE se tkun nefqet €308 biljuni għall-politika reġjonali, it-tieni l-ikbar nefqa wara l-politika agrikola komuni. Filwaqt li iktar minn 80% ta' dan l-ammont hu maħsub għar-reġjuni l-iktar fil-bżonn, ir-reġjuni kollha jistgħu jgawdu minn għajnuna Ewropea biex issaħħu l-kompetittività tagħhom u jsiru iktar attraenti.

L-għajnuna tingħata permezz ta' tliet strumenti speċifiċi. Il-Fond ta' Koeżjoni jgħin lill-Istati Membri bi PGD għal kull abitant inqas minn 90% tal-medja Ewropea (speċjalment il-pajjiżi li għadhom kif ingħaqdu mal-UE). Jiffinanzja proġetti fil-qasam tat-trasport u l-ambjent. Il-Fond Soċjali Ewropew jiffinanzja t-taħriġ vokazzjonali, il-ħolqien tal-impjieg u l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol. Dan il-fond appoġġa l-inizjattiva Litwana - it-tagħlim tal-użu bażiku tal-informatika lill-adulti - rebbieħa oħra tal-premju RegioStars. Fl-aħħar nett, il-Fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FEDER) jappoġġa l-infrastruttura tat-trasport, l-SMEs, ir-riċerka, l-edukazzjoni u l-kultura. Rebbieħ ieħor, proġett Belġjan ta' rikonverżjoni ta' sit fejn qabel kien hemm minjiera, irċieva €3,2 miljun minn FEDER.

Billi tirrikonoxxi l-aqwa proġetti reġjonali, din il-kompetizzjoni tistimula reġjuni oħra biex jieħdu inizjattivi innovattivi bl-għajnuna tal-fondi Ewropej. Il-kandidati għall-premju RegioStars 2011 diġà jistgħu japplikaw biex jipparteċipaw (skadenza: is-16 ta' Lulju).

 

Kun af aktar dwar il-permju RegioStars Englishfrançais

Dwar il-politika reġjonali tal-UE DeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli