Mogħdija tan-navigazzjoni

Biljun ewro rimborsati lil dawk li jħallsu t-taxxa - 29/10/2009

Dgħajsa f'kanal fl-Olanda ©EC

Din is-sena se jiġu rkuprati aktar minn €1.1 biljun f'fondi reġjonali tal-UE.

L-UE tgħati 35% tal-baġit annwali tagħha lill-politika reġjonali u soċjali. Il-biċċa l-kbira tal-flus jitwarrbu għal programmi amministrati fil-livell nazzjonali biex jgħatu spinta lill-ifqar reġjuni.

Dawn il-programmi ħafna drabi jinvolvu mijiet ta' proġetti, mill-bini ta' ferroviji u skejjel tan-nuna sat-taħriġ lill-ħaddiema u l-appoġġ għan-negozji ż-żgħar.

Il-pajjiżi membri tal-UE jridu jiżguraw li proġett ikun eliġibbli għall-finanzjament qabel jissottomettu t-talba għall-ħlas lill-kummissjoni. Iżda l-UE tgħamel ukoll il-verifiki tagħha.

Fl-aħħar rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri ġie stmat li tal-anqas 11% tal-ammont totali rimborsat fl-2007 ma kkwalifikax għall-finanzjament tal-UE. Dan qanqal għadd ta' miżuri li jgħinu lill-amministraturi nazzjonali jivverifikaw l-eliġibilità u jirkupraw il-flus li jintefqu ħażin.

Rapport ġdid DeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski jgħid li l-isforz qed jagħti l-frott. L-UE rkuprat €1.5 biljuni fl-2008, meta beda l-pjan. Dan hu iktar minn 5 darbiet iktar mill-ammont ta' €287 miljun identifikat fl-2007.

S'issa din is-sena l-Kummissjoni rkuprat iktar minn €629 miljun f'fondi reġjonali tal-UE. Rimbors ieħor ta' €500 miljun hu mistenni sal-aħħar tal-2009.

L-iżbalji ħafna drabi jirriżultaw minn regoli kumplessi li ma jkunux mifhuma jew applikati korrettament. Il-Kummissjoni qed taħdem biex tissimplifika r-regolamenti. L-Uffiċċju Ewropew ta' kontra l-frodi (OLAF) sab biss każijiet iżolati ta' frodi.

Ħafna minn dawn l-iżbalji nstabu mill-pajjiżi tal-UE stess. F'dawn il-każijiet, il-pajjiżi xorta jistgħu jużaw il-flus għal proġetti reġjonali oħra. Il-pajjiżi jitilfu l-flus jekk il-Kummissjoni tiskopri l-irregolaritajiet u titlob li titħallas lura.

Meta l-awdituri jsibu problemi serji, il-Kummissjoni tista' tissospendi l-ħlasijiet għall-programm kollu. S'issa fl-2009, ġew sospiżi ħames programmi, wieħed fl-Italja u ieħor fi Spanja u tlieta li kienu jinvolvu programmi reġjonali li jaqsmu l-fruniteri nazzjonali. Għaddejjin proċeduri ta' sospensjoni għal 28 programm ieħor.

Peress li l-miżuri għadhom ġodda, il-Kummissjoni mhix qed tistenna li tara waqgħa kbira fir-rata tal-iżbalji qabel l-2010.

Aktar dwar il-politika reġjonali tal-UE DeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski

Il-Fond Soċjali Ewropew

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli