Mogħdija tan-navigazzjoni

Riċetti reġjonali għas-suċċess - 05/10/2009

Logo tal-Ġranet miftuħa ©EC

Konferenza Ewropea tippromwovi soluzzjoni reġjonali għall-isfidi globali.

Ir-reċessjoni laqtet lil bosta bliet u reġjuni Ewropej b'rata ta' qgħad għolja u sabtet il-profitt tagħhom. Kif qed tkampa? It-tweġiba tista' tkun kruċjali għall-irkupru tal-Ewropa - it-tkabbir ekonomiku lokali għandu rwol importanti fl-ixprun tal-ekonomija aktar wiesa'.

Huwa evidenti li l-mistoqsija qiegħda fl-imħuħ ta' bosta li se jattendu l-Ġranet Miftuħa English, il-konferenza annwali tal-UE dwar il-politika reġjonali. Wieħed mill-akbar avveniment ta' dan it-tip, il-laqgħa fi Brussell turi l-isforzi lokali biex tingħata spinta għat-tkabbir ekonomiku u tagħti opportunità lir-reġjuni u l-ibliet biex joħorġu b'ideat u jibnu sħubija. L-avveniment jagħtihom wkoll ċans biex juru kif qed jallokaw l-fondi tal-UE għall-iżvilupp reġjonali li jammontaw għal €347 biljun bejn l-2007 u l-2013.

Madwar 7,000 fassala tal-politika, esperti u rappreżentanti tal-industrija minn madwar 33 pajjiż irreġistraw għal erbat ijiem ta' laqgħat, laqgħat ta' ħidma, lekċers u wirjiet bejn il-5 u t-8 ta' Ottubru. Konferenzi fuq skala iżgħar se jseħħu madwar l-Ewropa. B'kollox hemm 213-il reġjun li qed jippjanaw biex jipparteċipaw.

L-avvenimenti se jinġabru f'erba' temi: l-innovazzjoni, l-iżvilupp sostenibbli, il-kooperazzjoni territorjali u l-politika reġjonali tal-UE. Il-konferenza ta' din is-sena se tinkludi serje ta' lekċers u panils immexxija minn esperti rinomati li jispeċjalizzaw fil-politika reġjonali.

Aktar dwar il-politika reġjonali tal-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli