Mogħdija tan-navigazzjoni

Inħabbru r-rebbieħa... - 17/02/2009

Trofew tal-kristall ippreżentat lil RegioStars © KE

Il-proġetti ta' riċerka dwar l-enerġija sostenibbli tal-UE jakkwistaw premijiet reġjonali għall-innovazzjoni.

Stazzjoni tal-enerġija tax-xemx fuq il-gżira Franċiża ta' Réunion u ċentru għar-riċerka aeronawtika fir-reġjun Wallonja tal-Belġju kisbu tnejn mill- premijiet annwali tal-UE għall-aqwa proġetti reġjonali Englishfrançais . Wales, il-Greċja u l-istat Ġermaniku ta' Westphalia ukoll kienu rebbieħa fiċ-ċerimonja tar-RegioStars fis-16 ta' Frar.

Il-premijiet - trofej tal-kristall bi stilla mnaqqxa - ġew mogħtija mill-kummissarju tal-politika reġjonali Danuta Hübner flimkien mas-sindku ta' Amsterdam Job Cohen, li huwa l-president tal-ġurija. "Biex fl-Ewropa nistimulaw il-kompetittività u l-impjiegi, partikolarment f'din il-klima ekonomika iebsa, irridu nsibu ideat ġodda u ħsieb progressiv," qalet is-sinjura Hübner.

Żewġ proġetti oħra ġew imsemmija wkoll. Wieħed kien xogħol bejn l-Iskozja, Greenland, l-Iżvezja, il-Finlandja, in-Norveġja u l-Iżlanda biex jiġu żviluppati strumenti u metodi għat-titjib tat-toroq fir-reġjuni ta' fuq. L-ieħor kien proġett li ħadem tajjeb mill-istituzzjonijiet ta' riċerka f'Saarland, fil-Ġermanja, biex jippromwovu l-esperjenza tagħhom fl-industrija spazjali.

'Il fuq minn 50 proġett minn 18-il pajjiż ħadu sehem fit-tellieqa għall-premijiet RegioStars ta' din is-sena. Il-konkors huwa miftuħ għal proġetti li jirċievu finanzjament mill-UE għall-iżvilupp reġjonali.

Ir-reġjuni differenti tal-UE għandhom bosta kwistjonijiet bħal xulxin, inklużi popolazzjonijiet li qed jixjieħu u ħtieġa għal enerġija sostenibbli. Il-premjazzjoni RegioStars toffri pjattaforma għal proġetti innovattivi li jistgħu jispiraw reġjuni oħra.

Intagħżlu ħamsa u għoxrin proġett għall-premjazzjoni .

Aktar dwar RegioStars - Il-Premijiet għal Proġetti Innovattivi Reġjonali Englishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli