Mogħdija tan-navigazzjoni

Tkabbir reġjonali joħloq distakk bejn is-salarju u l-impjieg - 18/06/2008

Riċerkatur fiċ-ċentru ta' riżorsi dwar it-teknoloġija ambjentali fil-Lussemburgu

Ir-reġjuni l-foqra qed jirpiljaw, japprofittaw mit-tkabbir rapidu tas-setturi

Skond rapport tal-Kummissjoni dwar l-ekonomija u l-koeżjoni soċjali li ġie ppubblikat fit-18 ta' Ġunju, l-UE teħtieġ li tinvesti aktar fir-riċerka u l-iżvilupp fl-edukazzjoni għolja sabiex tibqa' kompetittiva fl-ekonomija globali.

Il-Kummissjoni ħabbret ukoll ir-riżultati ta' konsultazzjoni pubblika dwar il-politika ta' koeżjoni tagħha. Dan jikkonferma appoġġ b'saħħtu għal aktar pjanijiet ambizzjużi għal wara s-sena 2013.Il-qbil kien li l-politika għandha tiffoka fuq l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u l-appoġġ lejn l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, l-infrastruttura madwar l-UE u l-ġlieda kontra t-tibdil klimatiku.

Inqas minn kwart tar-residenti ta' l-UE li għandhom bejn 25 u 64 sena jinsabu fil-kategorija ta' 'imħarrġa ħafna', bosta minnhom jgħixu viċin jew ġo l-ibliet. Dan joħloq sfida prinċipali fir-reġjuni inqas żviluppati għar-reklutaġġ tal-'ħaddiema b'għarfien'. Minkejja dan, il-ħaddiema mħarrġa huma essenzjali għat-tkabbir ekonomiku. B'mod partikolari, it-talba hija għolja għal dawk b'għarfien xjentifiku u teknoloġiku fil-qasam tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-manifattura high-tech.L-UE tonfoq biss 1.2% tal-PGD tagħha fuq l-edukazzjoni għolja, li anqas biss jammonta għan-nofs it-2.9% li tinvesti l-Istati Uniti.

Ir-rapport jiżvela wkoll li l-UE tinsab lura mill-Istati Uniti fis-somma allokata għar-riċerka u l-iżvilupp. Dan jitlob żieda fl-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp biex irawwem l-innovazzjoni u jzid il-produttività.

Madankollu hemm aħbar tajba għar-reġjuni inqas żviluppati.Ħafna qed jingħataw spinta mit-tkabbir rapidu li qed iseħħ fi tliet setturi - is-servizzi finanzjarji u n-negozju;il-kummerċ, it-trasport u l-komunikazzjoni ; u l-kostruzzjoni.Dan jista' jagħtihom daqqa t'id sabiex ilaħħqu ma' reġjuni aktar avvanzati.

Il-manifattura high-tech huwa settur fejn l-UE għandha vantaġġ globali. Dan jikludi l-manifattura ta' apparat elettroniku u ottiku, l-apparat mediku, l-inġenji ta' l-ajru, il-vetturi spazjali u l-farmaċewtika.

F'dawn l-aħħar snin, l-iżbilanċ bejn is-salarju u l-impjieg madwar l-UE naqas minħabba tkabbir ekonomiku rapidu fl-ifqar reġjuni. F'dawn ir-reġjuni, bejn l-2000 u l-2005, il-PGD per capita kiber b'50% aktar mill-bqija ta' l-UE. Matul l-istess perjodu, ir-rata ta' qgħad naqqset bi tliet punti ta' persentaġġ. Dawn ir-reġjuni għadhom għaddejjin minn ristrutturar ekonomiku kbir, b'bidla fl-impjiegi mill-agrikoltura għas-servizzi. Wieħed mill-għanijiet komuni ta' l-UE huwa li jkun żgurat li s-27 pajjiż ta' l-UE jiżviluppaw flimkien. Madwar 36% tal-baġit ta' l-UE għall-2007-2013, jew € 347 biljun huma allokati għal din il-'politika ta' koeżjoni.'

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli