Mogħdija tan-navigazzjoni

€350bn għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi madwar l-Ewropa - 15/05/2008

Stampa li turi torta kbira mqatta' f'biċċiet

Bidla radikali fil-prijoritajiet hekk kif 450 programm jaqgħu taħt il-fondi reġjonali ta' l-UE.

Il-globalizzazzjoni, il-bidla fil-klima, ix-xejriet fil-migrazzjoni u l-popolazzjonijiet li kull ma jmur qed jixjieħu - sfidi tal-lum li qed jiġu affrontati mill-programmi ta' fondi reġjonali ta' l-UE għall-2007-13. Imma l-akbar parti tal-flejjes se jintefqu fuq it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.

Il-Kummissarju għall-Politika Reġjonali Danuta Hübner laqgħet il-mod kif din is-sensiela ta' negozjati ġabet magħha programmi aktar immirati b'attenzjoni minn qatt qabel. Din id-darba, in-negozjati involvew firxa ferm aktar estensiva ta' parteċipanti, bit-tama li aktar ma jiġu involuti nies, aktar jirnexxu l-programmi.

L-akbar parti tal-flus se tintefaq permezz tal-fond soċjali Ewropew, li huwa l-mod ewlieni kif l-UE tinvesti fin-nies.

Sabiex dan isir realtà,DeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski identifikaw miri ċari:

  • fi Spanja, il-fondi għar-riċerka u l-iżvilupp se jaqbżu d-doppju biex ilaħħqu t-€8bn.
  • it-teknoloġiji ta' l-informatika u l-komunikazzjoni se jibbenfikaw minn €15.3bn, jiġifieri d-doppju tal-fondi għall-perjodu 2000-06. il-Polonja, l-Italja, il-Greċja, is-Slovakkja u Spanja qed jirrikjedu l-akbar baġits.
  • il-Finlandja se tappoġġja lill-istabbiliment tan-negozji permezz ta' €343m, filwaqt li l-Polonja se tnaqqas in-numru ta' jiem meħtieġa biex titwaqqaf kumpanja minn 60 għal 7.
  • kważi €26bn se jiġu investiti biex jittejbu il-kwalità u d-disponibbiltà ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ, inklużi l-appoġġ għal proġetti li jtejbu t-tagħlim tul il-ħajja u li jħeġġu lill-istudenti jiffinalizzaw il-korsijiet tagħhom, speċjalment fil-Portugall, il-Greċja u l-Italja.
  • l-ambjent se jiġbed lejh investiment ta' €105bn. il-Latvija tippjana li żżid il-kopertura ta' l-immaniġġjar ta' l-ilma użat minn 9% sa 62% tal-popolazzjoni tagħha.

Dawn huma biss uħud mill-impenji li saru – il-pass li jmiss huwa li jiġu identifikati proġetti speċifiċi sabiex il-fondi jkunu jistgħu jissarfu f'riżultati konkreti.

Aktar tagħrif dwar:

Il-fondi reġjonali ta' l-UE f'pajjiżek DeutschEnglishfrançais

Programmi reġjonali ta' l-UE riċenti DeutschEnglishfrançais.

GħidilnaDeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski jew lill-komunità tiegħek (sat-30 ta' Mejju).

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli