Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

Stħarriġ juri attitudnijiet pożittivi lejn il-politika reġjonali ta’ l-UE, imma n-nies jixtieqhuwa tilqa’ sfidi aktar ambizzjużi.
Hemm ċans kbir li l-politika reġjonali ![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
ta’ l-UE għamlet differenza fejn tgħix int. M’għandekx għalfejn tħares 'il bogħod – tista’ tkun xi triq ġdida jew xi pont. Il-politika li għandha 'l fuq minn terz tal-baġit ta' l-UE, hija responsabbli minn eluf ta' proġetti, kollha mmirati lejn ir-restawr tar-reġjuni Ewropej.
L-aktar stħarriġ ewrobarometru
riċenti juri li l-Ewropej ġeneralment japprovaw mill-politika u jilqgħu l-effett li jkollha fir-reġjun tagħhom. Sebgħa minn kull għaxra li jafu bil-politika jaħsbu li din tħalli impatt tajjeb.
Naturalment, kien hemm aktar nies li semgħu dwarha fil-pajjiżi l-aktar li bbeneffikaw minnha. Għaldaqstant, madwar żewġ terzi minn dawk li rrispondew mis-Slovenja (66%), il-Litwanja (65%) u l-Irlanda (64%) kienu jafu biha. Xi terz biss kienu jafu biha fil-Bulgarija (35%), Ċipru (35%) u l-Olanda (30%).
B’kollox, 85% ta’ dawk li rrispondew qablu ma’ l-għan tal-politika – li jiġu mgħejjuna l-aktar reġjuni żvantaġġati u titnaqqas id-differenza bejn is-sinur u l-fqir. Bħalissa, l-aktar membru għani ta’ l-UE, il-Lussemburgu, huwa seba' darbiet aktar sinjur mill-ifqar, ir-Rumanija. Meta jitqabblu r-reġjuni, id-differenza tinħass ħafna aktar.
Bir-rikonoxximent wiesgħa tal-benefiċċji tal-politika reġjonali, dawk li rrispondew ħasbu li għandha tilqa’ sfidi aktar iebsa, bħat-tibdil klimatiku, il-globalizzazzjoni u x-xjuħija tal-popolazzjoni Ewropea.
Biex iżommu lill-pubbliku aġġornat bl-iżviluppi fuq livell nazzjonali, il-pajjiżi ta' l-UE dalwaqt se jkollhom jippubblikaw elenki komprensivi tal-proġetti li jieħdu l-finanzjament mill-politika reġjonali.
L-istħarriġ ta’ 27,000 Ewropej li sar f'Jannar huwa parti mill-konsultazzjoni publika mnedija mill-Kummissarju tal-politika reġjonali Danuta Hübner Settembru li għadda dwar il-ġejjieni tal-politika reġjonali.