Mogħdija tan-navigazzjoni

Akklamazzjoni reġjonali - 25/02/2008

Pont sospiż

Ir-reġjuni jingħaqdu biex jaqsmu l-aqwa prassi u jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli u l-kompetittività matul konferenza ta' l-UE dwar il-politika reġjonali Ewropea.

'Il fuq minn 600 partijiet interessati reġjonali jinsabu fi Brussell biex jaqsmu l-aqwa prassi matul il-konferenza "Ir-reġjuni għat-tibdil ekonomiku" DeutschEnglishfrançais li qed isseħħ fi Brussell fil-25 u s-26 ta' Frar. Din hija organizzata mill-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat tar-reġjuni danskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska. Din is-sena, l-konferenza tiffoka fuq il-kompetittività u l-iżvilupp sostenibbli u toffri frixa wiesgħa ta' gruppi ta' ħidma dwar suġġetti bħal gruppi ta' negozju u CIVITAS DeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolskiRomâna, inizjattiva li tippromwovi trasport sostenibbli.

Ir-reġjuni ta' l-Unjoni Ewropea jaqsmu ħafna sfidi iebsin: popolazzjonijiet li qed jixjieħu, adattament għall-globalizzazzjoni u provvista ta' enerġija sostenibbli, biex insemmu xi ftit. L-iskambju ta' ideat jista' jgħinhom jħaddnu sinerġiji u jaħdmu flimkien biex itejbu l-politiki reġjonali.

Matul il-perjodu 2007-2013, se jkunu disponibbli 375 miljun ewro għal netwerking u attivitajiet ta' tagħlim. Il-konferenza ta' din il-ġimgħa se tipprovdi opportunità għall-awtoritajiet responsabbli għat-tmexxija tal-fondi ta' l-UE għall-iżvilupp reġjonali biex jispjegaw l-istrateġiji tagħhom, jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u juru l-proġetti tagħhom. Wieħed mill-gruppi ta' ħidma se jkun dwar il-modi kif tista' tingħata għajnuna lill-industriji tradizzjonali u l-ħaddiema tagħhom biex jadattaw għall-globalizzazzjoni.

Din is-sena, waħda mill-attrazzjonijiet prinċipali waqt il-konferenza se tkun iċ-ċerimonja tal-premijiet RegioStars Englishfrançais u t-tnedija tal-kompetizzjoni tas-sena d-dieħla mill-Kummissarju tal-politika reġjonali Danuta Hübner. Il-premijiet jintrebħu mill-aktar proġetti innovatti għall-iżvilupp reġjonali.

Aqra aktar dwar il-politika reġjonali DeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski ta' l-UE.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli