Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Politika Reġjonali – flus minfuqa b'mod għaqli - 14/02/2008

Dehra mill-għoli ta' xogħol ta' kostruzzjoni fuq diga.

L-€41bn allokati għall-iżvilupp ta' l-ekonomija reġjonali fl-UE wasslu għal progress veru, hekk kif fl-2007 ntefaq ammont ta' flus rekord fuq proġetti ta' żvilupp.

L-UE ddedikat mal-35% tat-total annwali baġitarju tagħha għal firxa ta' għanijiet fi ħdan il-politika reġjonali, li jinkludu:

  • il-promozzjoni ta' kundizzjonijiet li jħeġġu t-tkabbir sabiex l-infrastruttura u l-livelli ta' l-għajxien fl-anqas pajjiżi u reġjuni żviluppati ta' l-UE jitqarrbu lejn dawk fil-pajjiżi l-oħra sħabhom fl-Unjoni
  • it-tħeġġiġ tal-kompetittività u l-ħolqien ta' l-impjiegi
  • it-titjib tal-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi u bejn ir-reġjuni.

It-total ta' flus disponibbli għal dawn l-għanijiet mill-2000 sa l-2006 jammonta għal €223 biljun. Il-pajjiżi huma meħtieġa jistabbilixxu verifiki, baġits u mekkaniżmi oħra sabiex jiggarantixxu li l-flus jintefqu b'mod għaqli. Kull sena, il-Kummissjoni, permezz ta' l-analiżi tal-politika reġjonali tagħha, tevalwa kif jintefqu dawn il-"baġits ta' koeżjoni"

L-2007 kienet l-ewwel sena taċ-ċiklu l-ġdid ta' finanzjament. Fi kliem il-Kummissarju Hübner,"Adottajna 'l fuq minn 400 programm għall-2007-13, u dan bis-saħħa tas-sħubija li tant irnexxiet li għandna ma' l-Istati Membri". "L-isfida, issa, hija li nżommu dak l-istess ritmu".

Malli l-programm ta' 6 snin jiġi approvat, l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali għandhom jagħżlu u jissorveljaw il-bosta proġetti li permezz tagħhom il-programm jidħol fis-seħħ.

Fl-2007, il-politika reġjonali DeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski għamlet differenza enormi lill-pajjiżi ġodda li ssieħbu fl-Unjoni, li bla telf ta' żmien bdew jużaw il-fondi strutturali sabiex jisiltu kemm jista' jkun ġid minnhom.

L-UE tittama li l-"politika ta' koeżjoni" tagħha ssawwar l-Unjoni f'żona ta' tkabbir qawwi u xogħol għal kulħadd, u dan qed issostnih permezz ta' baġit li jaqbeż it-€347bn għall-perjodu mill-2007 sa l-2013.

Aktar tagħrif dwar l-amministrazzjoni tal-fondi strutturali

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli