Mogħdija tan-navigazzjoni

Kif tista’ l-UE ttejjeb l-provvista tal-ilma tax-xorb tiegħek? - 25/06/2014

Tifla tixrob tazza ilma ċar © iStockphoto.com

L-UE tixtieq tisma' l-opinjoni tiegħek: kif tista' tittejjeb il-provvista tal-ilma tax-xorb fl-Ewropa biex tiggarantixxi ilma nadif u sikur li jintlaħaq mill-but ta' kulħadd?

Il-konsultazzjoni pubblika tkopri oqsma li jinkludu



  • il-kwalità ta’ l-ilma
  • it-theddid ewlieni għal ilma nadif
  • jekk il-pubbliku għandux bżonn informazzjoni aħjar dwar l-ilma tax-xorb.

Din tasal bħala reazzjoni għall-kampanja Right2Water, Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. Dawn l-inizjattivi jippermettu liċ-ċittadini jitolbu lill-UE tipproponi leġiżlazzjoni dwar kwistjoni partikolari. L-UE mbagħad trid tiddikjara x’azzjoni biħsiebha tieħu.

Right2Water ġie sottomess f’Diċembru 2013 bl-appoġġ ta’ 1.6 miljun ruħ. Ħeġġet lill-UE biex

  • tiżgura li kull min jgħix fl-Ewropa jgawdi d-dritt għall-ilma u s-sanità
  • iżżid l-isforzi tagħha biex jinkiseb aċċess universali għall-ilma sikur u nadif
  • tiżgura li l-provvista u l-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma ma jkunux soġġetti għal “regoli tas-suq interni”, jiġifieri tiggarantixxi li l-awtoritajiet lokali jistgħu jagħżlu l-mod li bih se jiġu pprovduti s-servizzi relatati mal-ilma.

Il-konsultazzjoni pubblika – li għadek tista' tieħu sehem fiha English sal-15 ta' Settembru 2014 – hija parti mir-reazzjoni tal-UE għall-inizjattiva. Se tiġbor flimkien l-opinjonijiet taċ-ċittadini u dawk involuti mal-ġestjoni tal-provvista tal-ilma, sabiex tivvaluta x’titjib huwa meħtieġ.

Impenji oħra li l-UE għamlet b’risposta għal Right2Water jinkludu

  • trasparenza akbar fir-rigward ta’ fornituri tas-servizz tal-ilma
  • sforzi akbar biex tiżgura li l-gvernijiet nazzjonali qed jimplimentaw il-liġi tal-UE dwar l-ilma u s-sanità b’mod korrett.

L-ilma huwa dritt tal-bniedem

L-aċċess għall-ilma tax-xorb sikur huwa rikonoxxut bħala dritt tal-bniedem kemm min-NU kif ukoll mill-UE. Biex dan ikun minnu, l-ilma jrid ikun jintlaħaq mill-but ta' kulħadd, jinstab fiżikament minn kulħadd u ta' kwalità tajba.

L-UE diġà stabbiliet standards għoljin għall-kwalità tal-ilma fl-Ewropa u pprovdiet appoġġ finanzjarju biex tespandi l-infrastruttura tal-ilma f’pajjiżi Ewropej, u b’hekk ittejjeb l-aċċessibilità.

Ikkontribwixxiet ukoll €2.5 biljun mill-2007 ’l hawn għal proġetti fil-qasam tal-ilma u s-sanità f’pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Right2Water – aktar tagħrif

Għid tiegħek — ħu sehem fil-konsultazzjoni English 

Direttiva tal-UE dwar l-Ilma tax-Xorb English - ħarsa ġenerali

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli