Mogħdija tan-navigazzjoni

L-ugwaljanza bejn is-sessi: bil-mod iżda bi progress ċert - 14/04/2014

Negozjanta tmexxi laqgħa f'bord tad-diretturi flimkien ma' kollegi rġiel u nisa

In-nuqqasijiet fl-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Ewropa qed jonqsu, iżda r-rata tal-progress hi bil-mod, skont rapport annwali tal-UE li ġie ppubblikat illum.

Ir-rapport sab inugwaljanzi persistenti bejn in-nisa u l-irġiel fir-rigward tal-impjieg, il-pagi u rappreżentanza, filwaqt li l-vjolenza kontra n-nisa għadha problema kbira:

  • Fuq medja, in-nisa għadhom jaqilgħu 16.4% anqas mill-irġiel.
  • In-nisa jammontaw biss għal 27% tal-MP madwar l-Ewropa.
  • Mara minn kull 3 nisa Ewropej esperjenzat vjolenza fiżika jew sesswali wara l-età ta’ 15-il sena.

L-isforzi tal-UE biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi ġabu titjib kbir:

  • Investiment qawwi f’faċilitajiet għen biex tiżdied ir-rata ta’ impjieg tan-nisa għal 63%, minn 58% fl-2002.
  • Mill-2010 'l hawn meta tħabbret l-għażla ta’ azzjoni pożittiva, il-proporzjon ta’ nisa fuq il-bordijiet żdied minn 11% għal 17.8%.
  • Liġijiet u azzjoni prattika biex tiġi indirizzata l-vjolenza relatata mas-sess ġew introdotti fl-2013, b’€15.1 miljun ta’ finanzjament għal kampanji.

Madankollu, ir-rapport jikkalkula li, fir-rata attwali ta' tibdil, hemm bżonn ta' 70 sena biex il-paga ugwali ssir realtà, u 20 sena għan-nisa biex jakkwistaw rappreżentanza ta' 40% fil-parlamenti nazzjonali.

Niksbu l-ugwaljanza

L-isforzi tal-UE biex tittejjeb l-ugwaljanza bejn is-sessi bejn l-2010 u l-2015 tiffoka fuq l-indipendenza ekonomika ugwali, il-paga ugwali u t-tmiem tal-vjolenza relatata mas-sess.

Naħdmu lejn din id-direzzjoni. F'Marzu, l-UE rrikkmandat li tittejjeb it-trasparenza tal-pagi biex tgħin jiġi solvut id-distakk bejn il-pagi, u miexja 'l quddiem proposta dwar azzjoni affirmattiva biex titwettaq il-parità fil-bordijiet tad-diretturi.

Drittijiet fundamentali

Rapport ieħor, ipppubblikat illum ukoll, juri li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE Deutsch (de) English (en) français (fr) – li tiggarantixxi d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE, inklużi l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni – qed ikollha rwol aktar prominenti fil-liġi u fit-tfassil tal-politika. Il-qrati qed jagħmlu dejjem aktar referenza għaliha, u fl-2013 ġiet proposta aktar leġiżlazzjoni biex tiddefendi drittijietek.

Ir-rapport jiżvela li ċ-ċittadini Ewropej għandhom interess qawwi fi kwistjonijiet ta’ drittijiet fundamentali. Kważi nofs il-mistoqsijiet magħmulin miċ-ċentri ta’ informazzjoni tal-UE s-sena l-oħra kkonċernaw il-moviment liberu u r-residenza, filwaqt li 5% kienu dwar ir-regoli kontra d-diskriminazzjoni.

Stqarrija għall-istampa: L-ugwaljanza bejn is-sessi – l-azzjoni tal-UE tniedi progress regolari 

Stqarrija għall-istampa: Id-drittijiet fundamentali – tiżdied l-importanza tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE

Il-Jum għall-Paga Ugwali jeħtieġlu jindirizza l-inugwaljanzi bejn is-sessi

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli